Left arrow Go Back

Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd iwiegeb stqarrija tal-Onor. Noel Farrugia

PR2233
Date Icon 16/12/1998

Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd iwiegeb stqarrija tal-Onor. Noel Farrugia

It-thassib bla bazi dwar nuqqas ta’ trasparenza, li stqarr il-kelliem ewlieni ta’ l-Oppozizzjoni ghal Biedja u Sajd dwar levies fuq Beef Burgers, jiccertifika kemm il-Gvern prezenti jaghmel xoghlu fl-apert wara li tkun saret analizi bir-reqqa tal-problema kollha. Dan huwa il-kuntrarju tal-mod kif kienu jsiru l-affarijiet fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti fejn l-ingann u n-nuqqas ta’ trasparenza kienu xi haga ta’ kuljum.

Dan qalu l-Ministru ta’ l-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit b’riferenza ghall-istqarrija ta’ l-Onorevoli Noel Farrugia. Il-Ministru Zammit sostna dan billi fakkar:

  1. li fl-ahhar esportazzjoni tal-patata tas-sajf, l-Amministrazzjoni precedenti hadet LM13,500 minn flus il-bdiewa biex tipprova ttaffi l-falliment u l-fjask li kien sehh fl-esportazzjoni tal-haxix lejn l-Ingilterra.
  1. ic-cifra ta’ 3,000 tunnellata zjieda fil-qatla tal-majjal matul l-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena hija invenzjoni pwerili peress li f’dan il-perjodu fil-fatt kien hemm nuqqas ta’ madwar 350 tunnellata fil-qatla meta mqabbla ma’ l-istess perjodu fis-sena ta’ qabel.

3) fid-29 ta’ April 1998, Dr Alfred Sant, dak iz-zmien Prim Ministru, kien stqarr pubblikament li bit-twaqqif ta’ zona ta’ kummerc hieles, kienu ser jispiccaw darba ghal dejjem il-protezzjonijiet kummercjali kollha fl-oqsma ta’ l-industriji lokali tal-produzzjoni agrikola kif ukoll tal-qasam tas-sajd.

Il-Ministru Ninu Zammit sostna li l-muta totali mill-Onorevoli Farrugia dwar l-istqarrija tal-Kap tieghu tikkonferma kemm verament kien jirrenja l-ingann u kemm fir-realta' ma kienitx tezisti trasparenza fl-operat kollu tal-biedja u s-sajd matul l-Amministrazzjoni precedenti li taghha l-istess Onorevoli Farrugia kien jifforma parti.

16.12.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow