Left arrow Mur Lura

Zjara lill-Kommunita' Kummercjali f'Hal Qormi mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

PR2231
Date Icon 16/12/1998

Zjara lill-Kommunita’ Kummercjali f’Hal Qormi mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

Fi zjara lill-Komunita’ Kummercjali f’Hal Qormi flimkien mas-Sindku Clyde Puli, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici Edwin Vassallo sahaq fuq il-htiega li l-ligi tal-V.A.T. tidhol f’sehh immedjatament.

Din il-ligi hi mistennija, tenna is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, li zzid b’mod sostanzjali l-cashflow f’idejn in-negozjant billi l-istock li se ikollu jibda jkun kollu kemm hu duty free.

Ser jinghataw ukoll refunds fuq stock kollu ezistenti fl-ewwel ta’ Jannar 1999 meta mistennija tidhol il-ligi tal-V.A.T. Il-mod ta’ kif ser jinghataw lura dawn ir-refunds qed ikun diskuss mal-korpi kostitwiti.

Mizura ohra li ser tirrifletti pozittivament fuq il-cashflow hija s-sistema ta’ cash-accounting li tfisser li l-V.A.T. effettivament tingabar meta jithallsu l-flus u mhux meta tinhareg l-invoice, qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jghid li s-sistema arbitrarja ta’ assessments ser tieqaf u kwalunkwe nuqqas ta’ qbil bejn id-Dipartiment u l-persuna registrata jrid jigi trattat bejn il-partijiet involuti u wara li jinghataw spjegazzjonijiet xierqa johrog assessment li verament jirrifletti l-pozizzjoni tan-negozju koncernat.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jghid li certa kategorija ta’ negozji zghar jew part-time jistghu jaghzlu li jibqghu barra mis-sistema. Dan ser isir billi tidhol sistema ta’ Thresholds. Fl-ahhar nett, is-Segretarju Parlamentari Vassallo semma li jekk xi hadd jinqabad ibiegh prodott minghajr ircevuta, ser jinghata l-facilita’ li jhallas multa bla ma joqghod jitla’ l-Qorti - ‘Compromise fine’. Din il-multa hija inqas mill-minimu kkontemplat fil-ligi tal-V.A.T. Is-Segretarju Parlamentari sostna li l-Gvern ser jaghmel dak kollu possibbli biex jerga’ jiggenera n-negozju fil-pajjiz pero’ sahaq fuq id-dmir li kull negozjant ihallas it-taxxi dovuti. Il-Gvern, qal Edwin Vassallo, irid johloq aktar gid biex it-taxxa li tigi ggenerata fuq dan il-gid titqassam fuq aktar servizzi socjali u identifikazzjoni ta’ aktar progetti li fihom infushom joholqu l-flus fl-idejn.

Fuq kollox il-V.A.T. ser terga’ taghti lura l-valur lill-flus sabiex in-negozju taghna jerga’ jiehu l-hajja. Il-V.A.T. mhijiex taxxa fuq in-negozju, sostna s-Segretarju Parlamentari, Edwin Vassallo izda ghodda sabiex tghin in-negozjant jorganizza n-negozju tieghu.

Il-V.A.T. din id-darba, qal Edwin Vassallo, ser tiddahhal wara esperjenza precedenti tal-V.A.T. u tas-C.E.T. Dan ser jghin sabiex din il-ligi tkun aktar flessibbli u user-friendly ma’ min irid ihaddimha. Min-naha l-ohra n-negozjant jaf bil-vantaggi kbar li fiha din il-ligi u l-izvantaggi li fiha s-C.E.T.

Is-C.E.T. hija taxxa unika. Ma hi ppruvata mkien iehor fid-dinja; stagnat in-negozju, holqot incertezza kbira u kwazi falliet lill-pajjiz. Ghaldaqstant mis-sensiela ta’ zjarat li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ghamel lill-komunitajiet tan-negozju f’lokalitajiet differenti, jirrizulta li hawn stennija li l-ligi tal-V.A.T. tidhol kemm jista’ jkun malajr ghax din ghandha tkun is-soluzzjoni ghas-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiz.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo habbar li ser ikomplu jsiru laqghat mis-Segretarjat fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi mas-Self-Employed biex jigu ttrattati certi problemi li jistghu jiltaqghu maghhom is-Self-Employed fl-implimentazzjoni tal-ligi tal-V.A.T.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo habbar ukoll li ser jigi ffurmat kumitat ta’ azzjoni ghall-importaturi u iehor ghall-esportaturi sabiex titnaqqas l-inefficjenza u l-burokrazija li jista’ jiltaqa’ maghha n-negozjant u li jzidu l-ispejjez li finalment jghollu l-prezz li l-prodott jinbiegh fis-suq u jnaqqru l-kompetittivita’.

Is-Segretarjat fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici huwa impenjat sabiex jghin lin-negozjant ikun efficjenti u jrid li jasal ghal dan il-ghan fl-inqas zmien possibbli, temm jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

16.12.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow