Il-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni jwiegeb stqarrija tal-GRTU dwar il-kuntratturi tat-toroq
PR2230
16/12/1998
Il-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni jwiegeb stqarrija tal-GRTU dwar il-kuntratturi tat-toroq
B’riferenza ghall-istqarrija tal-G.R.T.U. dwar il-kuntratturi tat-toroq irid jinghad dan li gej:
- Matul it-tliet xhur li ghaddew kull kuntrattur li fil-passat ghamel xoghol tat-toroq intalab jaghti indikazzjoni ta’ x’inhu x-xoghol li suppost wettaq u li tieghu ghadu ma thallasx.
- Fl-istess perjodu l-kuntratturi ntalbu jivverifikaw dawk il-punti li kienu ghadhom mhux cari minn naha taghhom.
- Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi qeghdin jivverifikaw it-talbiet kollha li ghamlu l-kuntratturi biex jigi assigurat li x-xoghol li sar u li sar sewwa fil-fatt jithallas.
- Il-bierah stess uhud mill-kontijiet li ghadhom pendenti fil-fatt gew verifikati u mghoddija ghall-hlas. Dan jafuh il-kuntratturi, ghalhekk zgur mhux il-kaz li min qieghed fl-Awtorita' mhux qed jaghti kaz ta’ min ghamel ix-xoghol. Ghal darba ohra il-Ministeru jirrepeti dak li qal il-Ministru Censu Galea pubblikament li fil-waqt li x-xoghol irid jithallas, l-istess xoghol irid isir b’mod tajjeb.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN