Left arrow Go Back

Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb lil Onor. Dr. Michael Farrugia

PR2229
Date Icon 16/12/1998

Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb lil Onor. Dr. Michael Farrugia

Meta l-bierah indirizza Konferenza ta’ l-Ahbarijiet, l-ex Ministru tas-Sahha l-Onor. Michael Farrugia, kompla jikkonferma li mhux talli ma jiddispjacihx ta’ l-agir tal-Ministeru matul l-Amministrazzjoni precedenti, izda lanqas jidher li jivverifika l-affarijet qabel jghidhom.

L-Onor. Michael Farrugia attakka lill-Gvern prezenti ghax fl-ewwel budget ivvota nofs miljun lira aktar ghall-overtime. Minbarra li dan mhux minnu, ghax il-flus ivvutati huma hafna anqas milli qal l-Onor. Farrugia, il-punt hu li fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti hafna overtime kien isir b’diskriminazzjoni u bi pressjoni mill-Ministeru tieghu. Ir-rapport li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappresentanti jikkonferma dan, u tajjeb wiehed ifakkar li l-investigazzjoni skopriet li f’dipartiment fejn hemm 34 impjegat, zewg infermiera hadu 47% ta’ l-overtime li sar matul l-ahhar sentejn, tant li infermiera minnhom hadet aktar minn Lm10,000 wahedha!

Il-flus ivvutati aktar ghall-ospitalità, li rrefera ghalihom l-Onor. Farrugia, xorta wahda ma jaqbzux is-somma ta’ Lm7,600 li nefaq il-Ministeru fi tmien xhur u dan minkejja li suppost li ma nefaqx aktar minn Lm3,000 f’sena. Dan biex ma tissemmiex ukoll is-somma ta’ Lm16,000 li nefaq il-Ministeru waqt ‘Festa Sahha’, li suppost ma swiet xejn lill-poplu Malti.

Rigward il-festin li rrefera ghalih l-ex Ministru, tajjeb wiehed jghid li dan il-festin, li qal li ghalih kien hemm mistiedna hames mitt ruh, fl-okkazjoni ta’ ‘Jum San Luqa’, l-ispiza ghal dan il-festin kienet minima u dan minhabba li b’ghaqal dan il-Ministeru ghazel li l-ikel ghalih ikun maghmul fil-kcina ta’ l-Isptar San Luqa stess. Kien ghalhekk li l-ex Ministru ma rreferiex ghall-Mistoqsija Parlamentari li ghamel hu stess dwar kemm sewa dan ir-riceviment. In-nefqa totali kienet ta’ mhux aktar minn Lm300, waqt li f’riceviment li kien ghamel il-Ministeru dak iz-zmien ghal 180 ruh, nefaq xejn anqas minn Lm2,075 mit-Lm3,000 li suppost kellhom iservuh ghal sena shiha.

Il-figuri jitkellmu wahedhom.

Irid jinghad ukoll li fil-Memorandum of Understanding li gie ffirmat ma’ Skanska, ghadu biss fl-ewwel fazi u ghadu ma inghata l-ebda kuntratt ta’ disinn lil din il-kumpanija.

Jekk jintlahaq qbil ma’ Skanska fuq il-proposti taghhom ta’ zvilupp u ta’ kif jimxi x-xoghol, allura n-natura tal-kuntratt li hemm illum jinbidel. Fil-kuntest ta’ dan il-bdil, fin-natura tal-kuntratt, li se tkun fuq bazi ta’ spejjez netti, hemm intiz li l-kuntrattur jinghata avvanz ta’ flus biex ikun jista’ jahdem minghajr ma jiccargja ebda interessi fl-ispejjez tieghu.

Dan il-qbil ser isolvi wkoll it-talbiet ta’ miljuni kbar ta’ liri li halla warajh il-Gvern precedenti minhabba decizjonijiet importanti li ma ttiehdux.

16.12.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow