Left arrow Mur Lura

Ic-Centru tas-sahha ta' Bormla u Spizerija f'Birkirkara jinfethu s-sena d-diehla

PR2224
Date Icon 15/12/1998

Ic-Centru tas-sahha ta' Bormla u Spizerija f'Birkirkara jinfethu s-sena d-diehla

Ic-Centru tas-Sahha ta’ Bormla ser ikun lest s-sena d-diehla.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta llum wara nofs inhar zar is-sit fejn qed isir xoghol strutturali fuq dan ic-Centru.

Louis Deguara qal li l-Gvern hu impenjat li jaghmel riforma shiha fil-kura tas-sahha primarja li kienet abbandunata matul l-ahhar sentejn tant li lanqas ic-Centri tas-Sahha li kienu mibdija mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista ma tkomplew. Hu fakkar li c-Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara kellu jiftah f’Jannar li ghadda, izda x-xoghol fuq dan is-sit ukoll thalla lura.

Il-Ministru tas-Sahha spjega kif bhalissa dan ic-Centru ma jistax ikun miftuh b’mod li jopera kollu kemm hu u dan minhabba nuqqas sostanzjali ta’ tobba. Madankollu, tenna l-Ministru tas-Sahha, mill-bidu tas-sena d-diehla, ser tinfetah l-ispizerija fic-Centru ta’ Birkirkara, bl-ghan li r-residenti taz-zona jinqdew ahjar u jittaffa x-xoghol fuq ic-Centru tas-Sahha tal-Mosta. Il-Ministru Deguara qal li mis-sena d-diehla wkoll anke l-Berga li hemm fl-Ghassa ta’ Birkirkara ser titmexxa fis-sit tac-Centru tas-Sahha ta’ dan il-lokal.

Louis Deguara qal li x-xoghol ta’ immodernizzar u tkabbir fic-centru tas-Sahha ta’ Bormla beda fl-1995 u l-pjanti kienu finalizzati wara diskussjonijet mall-Kunsill Lokali. Il-pjanti kienu sottomessi lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar f’Mejju ta’ l-1996 u x-xoghol beda f’Awwissu li ghadda, wara li hareg il-permess ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar u kien finalizzat il-process biex jinghata t-tender.

Meta jiftah mill-gdid, ic-Centru tas-Sahha ser ikollu hafna aktar servizzi milli kien joffri, tant li ser jinkludi fih, Ante Natal/Gynaecological Clinic u Spizerija. Barra minn dawn ser jinkludi wkoll klinici specjalizzati fosthom tal-Podologija, dik Dentali, Oftalmologija, Fisioterapija u Speech Therapy. Hemm ukoll spazju fejn ’il quddiem tkun tista’ tigi installata magna ta’ l-X-rays. Is-servizzi li kien joffri c-Centru qabel kienu emergenza u treatment room, General Practitioner, Diabetic Clinic, Well-Baby Clinic u Immunisation.

Dawn is-servizzi ser ikunu offruti fuq erba’ sulari ta’ bini u huma accessibbli wkoll permezz ta’ lift u jinkludi fih sistema ta’ arja kondizzjonata. Dan ic-Centru ser jghaqdi l-htigijiet tar-residenti ta’ Bormla, l-Isla, il-Birgu, il-Kalkara kif ukoll dawk ta’ Haz-Zabbar, Marsascala, ix-Xaghjra u parti mill-Fgura.

15.12.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow