Il-Ministeru tas-Sahha jaghti iktar informazzjoni dwar rapport tal-inkjesta dwar overtime eccessiv matul is-sentejn ta' l-Amministrazzjoni precedenti
Il-Ministeru tas-Sahha jaghti iktar informazzjoni dwar rapport tal-inkjesta dwar overtime eccessiv matul is-sentejn ta' l-Amministrazzjoni precedenti
Ir-rapport dwar l-investigazzjoni ta’ overtime eccessiv jikkonferma kemm matul is-sentejn ta’ l-Amministrazzjoni precedenti kien isir indhil mill-Ministru tas-Sahha fl-operat tad-Dipartiment tas-Sahha. L-istess investigazzjoni ikkonfermat l-infieq eccessiv minn min impona taxxi anti-socjali fuq il-poplu bl-iskuza li jrid isodd il-hofor.
L-investigazzjoni ikkonkludiet li z-zewg infermiera li kienu jahdmu fl-ufficcju tal-Customer Care kienu ntbaghtu hemm fuq ordni ta’ l-ex Ministeru tas-Sahha meta kien maghruf li f’dan l-ufficcju ma kienx hemm bzonn infermiera u wisq inqas nies li jahdmu b’shift u matul il-Hdud u l-festi. Issa hu fatt maghruf li b’din id-decizjoni ta’ l-ex Ministru dawn iz-zewg impjegati, f’inqas minn sentejn, thallsu s-somma ta’ aktar minn Lm40,000 bejniethom. Hu maghruf ukoll li fuq ordni tas-Segretarju Privat ta’ l-ex Ministru dawn intbaghtu hemm biex jorganizzaw parties u festi.
Huwa ta’ min jikkundanna dan l-agir li tfisser li biex thallsu zewg impjegati kien hemm 80,000 ruh li hallsu taxxa anti-socjali ta’ hamsin centezmu fuq il-medicini. Ta' min ifakkar li l-ex Ministeru nefaq Lm16,000 biex organizza festa li suppost ma giet tiswa xejn. Nefaq Lm6,600 f’telefonati fuq il-mobile phones u nefaq Lm7,600 f’ospitalità meta suppost ma nefaqx aktar minn Lm3,000.
L-investigazzjoni dwar l-abbuz f’overtime kkonkludiet ukoll li kien hemm infermiera li, mhux biss abbuzaw mill-overtime imma wkoll hadmu ammont eccessiv ta’ overtime meta shabhom fl-istess Dipartiment jew m’ghamlu xejn overtime jew ghamlu ftit.
L-istess investigazzjoni kkonkludiet li kien hemm pressjoni biex uhud jaqilghu ammonti esagerati ta’ flus billi jahdmu l-overtime. Huwa ta’ minn jikkundanna dan meta wiehed jiftakar li l-ex Ministru tas-Sahha kien qal li qed jindirizza l-problema ta’ abbuz ta’ overtime.
Ta’ min jikkundanna wkoll il-fatt li llum il-paramedici ghadhom minghajr assistenza, peress li minhabba l-kaz tal-paramedic aides, l-ingagg ta’ dawn l-impjegati kellu jitwaqqaf.
15.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN