Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta' Wheel-Chairs mill-Ministru ghat-Turizmu / Presentation of Wheel-chairs by the Minister of Tourism

PR2216
Date Icon 14/12/1998

Prezentazzjoni ta' Wheel-Chairs mill-Ministru ghat-Turizmu

Il-Ministru ghat-Turizmu Dott. Michael Refalo, u s-Sinjura Refalo, ipprezentaw zewg wheelchairs lill-Hospice Movement. Il-prezentazzjoni saret lis-Sinjuri Claudia Taylor East u Marie Therese Birch, rapprezentanti tal-Moviment, f’ceremonja qasira li saret nhar il-Gimgha, 4 ta’ Dicembru.

Il-wheelchairs kienu moghtija min-naha Tunezina tal-Malta-Tunis Valletta / Port El Khantaoui Challenge, tigrija bejn Malta u t-Tunezija maghrufa bhala l-Valletta-Tunisia Rally ghal power boats u dghajjes bil-qlugh. L-ewwel tigrija saret f’Lulju ta’ din is-sena u t-tieni hi mahsuba ssir fl-istess zmien, is-sena d-diehla.

Prezenti ghac-cerimonia kien hemm l-Ambaxxatur tat-Tunezija l-E.T. Dr Abdessalam Hetira, ir-rapprezentant tat-Tuninter is-Sur Meddeb, u r-rapprezentanti Maltin tar-Rally is-Sur Jeff Poulton u Commander Geoff Fosberry.

Presentazzjoni simili saret fit-Tunezija min-naha Maltija ta’ l-organizzazzjoni tat-tigrija, lil ghaqda misthoqqa, maghzula mill-Ministru ghat-Turizmu Tunezin li, flimkien mal-Ministru Refalo, huwa wkoll patrun tar-Rally.


Presentation of Wheel-chairs by the Minister of Tourism

Minister for Tourism Dr. Michael Refalo and Mrs. Refalo, presented two wheelchairs to the Hospice Movement represented by Mrs. Claudia Taylor East and Mrs. Marie Therese Birch.

The wheelchairs were donated by the Tunisian side of the Malta-Tunis Valletta/Port El Khantaoui Challenge. The first power and sailing boat Valletta-Tunisia Rally was held in July 1998. A second is scheduled for the same month in 1999.

In Tunisia it was the Malta side’s turn to present wheelchairs to a worthy cause chosen by the Tunisian Minister for Tourism, who together with his Maltese counterpart is a patron of the Challenge.

Present for the ceremony was the Ambassador for Tunisia H.E. Dr. Abdessalam Hetira, Mr. Meddeb for Tuninter, Mr. Jeff Poulton and Commander Geoff Fosberry representing the Malta side of the Rally.

14.12.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow