Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Louis Deguara jindirizza l-Konferenza dwar il-Bioetika

PR2206
Date Icon 11/12/1998

Il-Ministru Louis Deguara jindirizza l-Konferenza dwar il-Bioetika

Il-Gvern huwa politikament impenjat biex ipoggi l-persuna fic-centru ta’ kull inizijattiva u azzjoni li tittiehed.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta llejla indirizza l-konferenza dwar id-Dizabilità u Bioetika li qed tinzamm f’Malta.

Il-Ministru Deguara qal li l-politika li hadd ma jibqa’ lura fil-mixja ’l quddiem tas-socjetà hija wkoll immirata u partikolarment tiffoka fuq persuni bi bzonnijiet specjali. Il-Gvern, tenna l-Ministru tas-Sahha, japplika dan il-principju fl-oqsma kollha fejn hemm attività umana u dan billi fejn hu possibbli permezz ta’ politika inklussiva.

Bioetika tajba, tassigura li d-dinjità tal-persuna tkun rispettata kull hin tenna, Louis Deguara. Il-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem ukoll tghid li l-interess ta’ l-individwu huwa superjuri u ghandu jigi l-ewwel qabel l-interessi tas-socjetà u x-xjenza. Ghalhekk qatt m’ghandu jinghad li xi whud saru piz fuq is-socjetà jew inkella li individwi intesew fil-mixja ghat-titjib tas-socjetà.

Il-Ministru Deguara qal li hu jemmen li fejn tidhol il-kura tas-sahha, mhux biss persuna b’dizabiltà ghandha bzonn ta’ ghajnuna specjali imma wkoll drittijiet. Louis Deguara qal li f’certu cirkostanzi, l-access ghall-kura jimponi diffikultajiet u hemm kazi fejn ikun hemm nuqqas ta’ accesibiltà ghal dawk fuq siggijet bir-roti, nuqqas ta’ interpreters ghal dawk li ghandhom nuqqas ta’ smiegh u nuqqas ta’ ghajnuna ghal dawk neqsin mid-dawl. Il-Ministru tas-Sahha qal li waqt li l-ghajnuna tal-familjari f’dawn ic-cirkustanzi hi ta’ min jinkoraggiha, il-Gvern jemmen li ghandu jsir dak kollu possibbli biex il-persuni b’dizabiltà ma jkomplux jiffaccjaw aktar intoppi.

Il-Ministru tas-Sahha qal li bhalissa qed issir hafna attività biex jinstab x’jista’ jsir mill-informazzjoni genetika li qieghda tingabar. Hu mifhum li fil-futur qrib, tasal il-gurnata li tkun maghrufa il-kostituzzjoni genetika ta’ kull individwu. Dan ifisser li teoretikament kull dizordni genetika tkun individwata fil-genituri u kull informazzjoni tkun accessibbli.

Dawn l-avvanzi fix-xjenza biomedika u l-implimentazzjoni taghhom fil-medicina iqajmu diversi argumenti dwar l-etika biomedika. Huwa ghalhekk, tenna l-Ministru Deguara, li diversi oprganizzazzjonijiet internazzjonali qed jesprimu thassib u wkoll iddikjaraw li jrid ikun hemm kontroll fuq l-abbuz li jista’ jsir. Louis Deguara fakkar fid-dikjarazzjoni universali dwar il-Human Genome and Human Rights li kienet adottata ricentament mill-Konferenza Generali tal-UNESCO li "Hadd m’ghandu jkun suggett ghal diskriminazzjoni ibbazata fuq karatteristici genetici, li ghandha l-ghan li tostakola d-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tal-persuna".

Madankollu, qal Louis Deguara, l-impenn tal-Gvern mhux bizzejjed. Il-pubbliku ghandu jkun edukat biex ikun assigurat li d-drittijet tal-persuni bi bzonnijiet specjali ikunu accettati u mharsa.

11.12.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow