Rapprezentant Malti f'Istituzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa
Rapprezentant Malti f'Istituzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa
Il-Konsulent fi hdan id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Maurice H. Caruana kien elett membru tal-Bureau ta’ l-iSteering Committee on Local & Regional Democracy - CDLR tal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Il-hatra tas-Sur Caruana sehhet waqt it-22 Laqgha ta’ dan il-Kumitat, li saret bejn l-1 u l-4 ta’ Dicembru, fi Strasbourg.
Il-Bureau huwa maghmul minn seba’ membri, eletti mir-rapprezentanti tal-erbghin stat, membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, u huwa responsabbli mill-inizjattivi u l-kordinazzjoni tal-himda ta’ CDLR.
Il-Bureau se jkun presedut minn Dr.Yusaf Erbay mit-Turkija, filwaqt li r-rapprezentanti ohra, barra Malta, huma l-Germanja, ir-Renju Unit, il-Latvja, id-Danimarka u r-Repubblika Ceka.
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru Dr. Austin Gatt, awgura lis-Sur Caruana ghal din il-hatra, li taghtih prestigju, kemm fuq livell personali u kif ukoll lil Malta bhala nazzjon.
"Din il-hatra tkompli tghin fl-impenn tal-Gvern lejn il-Kunsilli Lokali u lejn aktar devoluzzjoni tal-poter, sabiex jersqu aktar lejn Gvernijiet Lokali," temm jghid Dr.Gatt.
10.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN