Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru jiehu sehem fis-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew

PR2191
Date Icon 10/12/1998

Il-Prim Ministru jiehu sehem fis-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew

Il-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Dr Joe Borg, u mis-Sur Richard Cachia Caruana, Assistent Personali tal-Prim Ministru, illum halla Malta ghal Vienna biex jiehu sehem fis-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew (EPP).

F’dan is-Summit, li jsir regolarment qabel kull Summit ta’ l-Unjoni Ewropea, mistennija jiehdu sehem ukoll il-Prim Ministru ta’ Spanja, Josè Maria Aznar, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, Jean-Claude Juncker, il-Prim Ministru tal-Belgju, Jean-Luc Dehaene, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jacques Santer, u l-President tal-Parlament Ewropew, Josè-Maria Gil Robles. Ma dawn ser ikun hemm ukoll il-Prim Ministri ta’ seba pajjizi applikanti ohra, li kollha jaghmlu parti mill-Partit Popolari Ewropew, jew jahdmu qrib tieghu.

Is-suggett principali f’dan is-Summit ser ikun it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea, specjalment fir-rigward tan-negozjati mal-pajjizi applikanti ghal shubija.

Il-Prim Ministru mistenni lura Malta ghada, il-Gimgha, 11 ta’ Dicembru.

10.12.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow