Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-perit George Pullicino jiltaqa' ma' delegazzjoni tal-Kamra Maltija ghall-Ippjanar Ambjentali

PR2189
Date Icon 09/12/1998

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-perit George Pullicino jiltaqa' ma' delegazzjoni tal-Kamra Maltija ghall-Ippjanar Ambjentali

Fl-ewwel nofs tas-sena d-diehla se jsiru laqghat pubblici dwar ir-riformi li hemm bzonn li jsiru fl-Awtorità ta’ l-Ippjanar. Dawn il-laqghat se jittrattaw kemm il-policies li timxi fuqhom din l-Awtorità, kif ukoll il-process ta’ l-ippjanar in generali. Wara dawn il-laqghat qed tigi ppjanata konferenza nazzjonali dwar l-istess suggett. L-iskop ta’ dawn il-konsultazzjonijiet huwa biex il-process ta’ l-ippjanar f’pajjizna jitjieb.

Il-Gvern ghandu mandat mill-poplu biex issir revizjoni shiha ta’ l-istrutturi, il-policies u l-operat ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar. Il-Gvern qed jaghmel emfasi kbira li l-Pjani Lokali jkunu lesti fl-iqsar zmien teknikament possibbli u bis-sehem shih tal-pubbliku.

Is-Segretarjat fil-Ministeru ta’ l-Intern qed ikollu diskussjonijiet kontinwi ma’ l-Awtorità biex il-process ta’ l-ippjanar f’pajjizna jkun trasparenti, efficjenti u effettiv tassew. Bdejna nahdmu biex is-servizz li jinghata mill-Awtorità jkun xhieda ta’ kultura iktar miftuha lejn il-professjonisti u l-pubbliku li jkollhom bzonn xi servizz mill-Awtorità. Diga huwa ppjanat biex fil-bidu tas-sena d-diehla jkun hemm spazju fil-bini ta’ l-Awtorità stess li jkun jista’ jintuza mill-professjonisti biex jaghtu servizz ahjar lill-klijenti taghhom. Fost is-servizzi ghall-uzu tal-professjonisti se jkun hemm facilità li, permezz ta’ databases aggornati, wiehed ikun jista’ jaghmel riferenza ghal decizjonijiet dwar applikazzjonijiet ghall-zvilupp.

Il-Kamra Maltija ghall-Ippjanar Ambjentali giet mistiedna biex, bhall-Kamra tal-Periti, toffri l-proposti taghha ghar-riformi li hemm bzonn li jsiru. Huwa mistenni wkoll li l-professjonisti li jaghmlu uzu mis-servizzi ta’ l-Awtorità u dawk li jahdmu maghha ihaddnu etika professjonali gholja.


09.12.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow