Laqgha f'Malta ta' Ufficjali Gholja fi hdan il-Forum Mediterranju
Laqgha f'Malta ta' Ufficjali Gholja fi hdan il-Forum Mediterranju
Il-Grupp ta’ Ufficjali Gholja fi hdan il-Forum Mediterranju ser jiltaqa’ Malta bejn l-10 u l-11 ta’ Dicembru 1998. L-Ambaxxatur Alfred A. Zarb ser jippresiedi din il-laqgha.
Il-Forum, li jigbor fih hdax-il pajjiz tal-Mediterran, huwa kompost minn Malta, Spanja, Franza, il-Portugal, l-Italja, il-Grecja, it-Turkija, l-Algerija, il-Marokk, it-Tunezija u l-Egittu.
Din il-laqgha ghandha sservi bhala preparazzjoni ghal-laqgha tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin li ser issir f’Malta f’Marzu tas-sena d-diehla, taht il-presidenza tal-Vici Prim Ministu u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco.
L-Ufficjali Gholja huma mistennija li jezaminaw il-konkluzjonijiet ta’ l-ahhar Laqgha Ministerjali li saret f’Palma de Mallorca f’April li ghadda u jiddiskutu, fost affarijiet ohra, ir-Relazzjonijiet Regjonali, il-Process ta’ Barcellona u c-"Charter" Ewro Mediterranju.
07.12.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN