Programm ta' Breast Screening fl-iqsar zmien possibbli
Programm ta' Breast Screening fl-iqsar zmien possibbli
Il-Gvern mhux biss ghandu xewqa kbira li jsir programm ta’ Breast Screening, izda huwa impenjat biex dan isir fl-aqsar zmien possibbli u b’mod professjonali.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu inawgura ufficcju fl-isptar Boffa li ser jibda jintuza mill-Palliative Support Group tal-Hospice Movement biex jaghtu support lill-pazjenti bil-kancer u lill-familji taghhom.
Il-Ministru Deguara qal li minkejja diversi ghidut, id-Dipartiment tas-Sahha qatt ma seta’ joffri programm ta’ Breast Screening mis-sena d-diehla. L-ewwel u qabel kollox dan ma setax isir minhabba li d-Dipartiment m’ghandux rizorsi umani bizzejjed biex jaghmel dan. Ghalhekk, f’dan l-istadju la hu ghaqli u lanqas possibbli li jsir.
Il-Ministru qal ukoll li diversi awtoritajiet u movimenti barra minn Malta qed jiddubitaw kemm il-Breast Cancer Screening huwa bzonnjuz u wkoll validu u dan minhabba r-rizultati fqar hafna ta’ programmi ta’ din ix-xorta. Ma dan kollu l-Gvern xorta behsiebu jintroduci dan il-programm f’Malta u dan minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji tal-pajjiz. Il-hajja tal-bniedem m’ghandiex prezz tenna Louis Deguara.
Il-Gvern prezenti, tenna l-Ministru Deguara, jimxi b’politika illi f’dan il-qasam isir zvilupp u investiment li jkun sostenibbli. Hu fakkar li fl-1996 kien inxtara l-aktar apparat sofistikat li kien jezisti dak iz-zmien u inbena Mammography Unit gdid biex ikun jista’ jinbeda dan is-servizz. Permezz ta’ dan il-unit, sostna l-Ministru tas-Sahha, id-Dipartiment jista’ joffri breast screening lil dawk il-pazjenti li jkunu riferuti l-isptar mit-tabib taghhom.
Louis Deguara spjega wkoll li biex dan il-programm ikun jista’ jsir b’mod professjonali u fuq bazi nazzjonali, ikun jehtieg li radjologista jkun certifikat kompetenti biex jaqra, jevalwa u jinterpreta korrettament mammogram u dan jinhtieg li jara madwar 6,000 mammogram fis-sena. Ghalhekk ukoll id-Dipartiment jehtieg li jkollu s-servizz ta’ 7 specjalisti biex ikun jista’ jibqa’ jsir ix-xoghol tar-radjologija li joffri bhalissa d-Dipartiment, bhal ma huma is-CT scans, l-angiograms u l-X-rays. Bhalissa fid-Dipartiment hemm biss tliet radjologisti. Hu tenna li hemm nies li qed jistudjaw f’korsijiet ta’ specjalizzazzjoni barra u meta dawn jirritornaw Malta, irid ikun hemm pjani lesti biex il-programm jista’ jibda minnufih.
Il-Ministru tas-Sahha habbar li mal-bidla fil-Gvern, ittiehdet l-inizjattiva li jibdew kuntatti godda mal-Cancer Unit Awstarljan biex ikun maghruf l-incidenza tal-kancer tas-sider ta’ generazzjonijet differenti ta’ nisa Maltin gewwa l-Awstralja. Hekk ikun stabbilit ukoll jekk hemmx xi varjazzjoni statistici sinjifikanti li nistghu nitghallmu minnhom..
Matul id-diskors tieghu, il-Ministru Deguara kellu kliem ta’ tifhir ghall-ghaqdiet volontarji li joffru l-hin taghhom ghall-gid tal-pazjenti. Hu qal li l-Ministeru tas-Sahha ser ikun impenjat biex il-fiera tal-volontarjat li ser isir fi Frar li gej, tkun success u b’dan il-ghan ser isiru laqghat fil-gimghat li gejjin.
07.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN