Left arrow Mur Lura

Il-Gvern impenjat biex dawk li ghandhom problema ta' sahha mentali jkunu integrati lura fis-socjeta` malajr kemm jista' jkun

PR2175
Date Icon 05/12/1998

Il-Gvern impenjat biex dawk li ghandhom problema ta’ sahha mentali jkunu integrati lura fis-socjeta` malajr kemm jista’ jkun

Il-laqgha li saret din il-gimgha bejn il-Ministeru tas-Sahha, tal-Politika Socjali u l-Ministeru ta’Ghawdex saret bil-ghan li jissahhah il-process li jwassal biex dawk li ghandhom problemi ta’ sahha mentali jkunu integrati fis-socjeta`.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu inawgura fiera ta’ jumejn organizzata mil-Friends of Attard Hospital fl-Isptar Monte Carmeli.

Louis Deguara qal li l-Gvern hu impenjat li l-kura li tinghata tkun wahda preventiva imma wkoll ta’ support lill-klijenti biex maljar kemm jista’ jkun jigu integrati fis-socjeta’.

Hu tenna li barra dan, il-Gvern jinsab ukoll impenjat li jkompli ghaddej bir-riforma mehtiega fil-qasam tas-sahha mentali.

Il-Ministru tas-Sahha kellu kliem ta’ tifhir ghall-ghaqda Friends of Attard Hospital tal-fiera li torganizza kull sena u li din is-sena waslet fl-34 edizzjoni taghha. Hu tenna li permezz ta’ attivitajiet simili, l-ghaqda tippromwovi l-kuncetti li jrid jespandi l-Gvern, fosthom li titnehha l-istigma li hemm fuq l-isptar Monte Carmeli.

B’fiera bhal din, sostna l-Ministru Deguara, dawk li jattendu jirrealizzaw li f’Monte Carmeli hemm nies bhalhom li wkoll ghandhom kapacitajiet u talenti, barra minhekk dawk l-impjegati li jahdmu ma’ dawn il-klijenti jaraw sodisfazzjon li x-xoghol taghhom qed jaghti l-frott. Il-Gvern ghalhekk irid jghin biex dawn il-klijenti jkomplu jkabbru dawn it-talenti taghhom.

Il-fiera ser iddum miftuha s’ghada u fiha hemm ghall-bejgh hwejjeg, affarijiet ta’ l-ikel kif ukoll ornamenti ghad-dar.


05.12.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow