Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg iwiegeb stqarrija mahruga mill-Partit Laburista dwar il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Pulizija
Il-Ministru ta’ l-Intern Dr. Tonio Borg iwiegeb stqarrija mahruga mill-Partit Laburista dwar il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Pulizija
B’riferenza ghall-istqarrija tal-Partit Laburista dwar tibdil fil-Korp tal-Pulizija, il-Ministru tal-Intern Tonio Borg, fakkar li l-unika riforma vera li saret fi zmien il-Gvern Laburista kien li fi 22 xahar cahhad lill-Pulizija minn dhul sostanzjali.
Fil-Budget ghas-sena 1999, u cioe` fl-ewwel Budget tieghu, il-Gvern prezenti qieghed izid sostanzjalment id-dhul tal-membri tal-Korp tal-Pulizija. Il-Pulizija mhux karti, rapporti u studji biss iridu, izda kondizzjonijiet li jghinuhom fix-xoghol taghhom.
Il-progett ta’ bini gdid fid-Depot tal-Pulizija huwa progett mibdi minn Gvern Nazzjonalista li tkompla bis-shih fi zmien il-Gvern Laburista. Waqt li l-kelliema laburisti Dr Gavin Gulia u s-Sur Joe Mizzi qed isostnu li kellhom hafna pjani li izda baqghu fuq il-karta u li dawn ma twettqux ghax ma kellhomx zmien, sabu zmien sabiex inaqqsu b’mod goff id-dhul tal-membri tal-Korp tal-Pulizija.
Dawk il-pjani li huma tajbin ser jitwettqu. Dawk li huma hziena – bhal tnaqqis fid-dhul li gabu maghhom demoralizazzjoni fil-Korp, ser jitwarrbu.
Finalment il-Ministru Tonio Borg iheggeg u jinkoraggixxi lil Dr Gulia u lis-Sur Mizzi biex jiddikjaraw minn issa li jekk huma jergghu jkunu fil-Gvern ma jnehhux jew inaqqsu ghat-tieni darba, il-beneficcju li l-Gvern prezenti qed jerga jaghti lill-Pulizija fil-Budget ghas-sena 1999.
03.12.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN