Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiddiskutu ghajnuna minn korporazzjonijiet pubblici lill-komunita' kummercjali Ghawdxija

PR2164
Date Icon 03/12/1998

Il-Ministru Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiddiskutu ghajnuna minn korporazzjonijiet pubblici lill-komunita' kummercjali Ghawdxija

F’laqgha li kellu Edwin Vassallo, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici ma’ Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex,gie diskuss ir-rwol tad-diversi korporazzjonijiet li jaqghu fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici u kif dawn jistghu jkunu ta’ servizz ghal Ghawdex u l-komunita’ tan-negozju Ghawdxija.

Filwaqt li ingharaf il-fatt li Ghawdex u n-negozju f’Ghawdex ghandu htigijiet partikolari li jistghu jkunu differenti minn ta’ Malta, min-naha l-ohra, kien hemm qbil li n-negozjant Ghawdxi ukoll irid jirristruttura ruhu biex ikun lest ghall-isfidi li ggib maghha shubija fl-E.U. u lil hinn mill-E.U., il-globalizzazzjoni tan-negozju.

Ghal dan l-iskop, il-Gvern ghandu joffri l-infrastruttura mehtiega u jidentifika zoni industrijali adekwati biex investiment gdid ma jkunx imxekkel. F’dan il-kuntest issemma’ li f’Ghawdex, flok ikun hemm zona industrijali ewlenija li jkollha fi hdana hafna mill-industrija ta’ Ghawdex, jista’ jkun ahjar li jkunu identifikati zoni izghar. Dan sabiex l-impatt ambjentali jkun kontrollat ahjar waqt li l-manifattur ikun eqreb lejn is-suq tieghu.

Edwin Vassallo ghaldaqstant sahaq li l-entitajiet li jaqghu fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jridu joffru servizz li jkun jaqbel mal-htigijiet li ghandha l-komunita’ tan-negozju f’Ghawdex.B’hekk il-politika tal-Gvern ghal Ghawdex tkun qieghda issehh ukoll.

Il-politika tal-Gvern, qal Edwin Vassallo, hija mibnija fuq il-holqien tal-gid. Il-gid irid jinholoq b’inizjattivi godda fin-negozju. Kulhadd ghandu jgharaf l-importanza tas-settur tan-negozju. In-negozju ma jitkejjilx biss, tenna Edwin Vassallo, b’konsum akbar, izda billi jinholqu servizzi godda u investiment gdid.

Il-Gvern, tenna Edwin Vassallo, irid jara ukoll li joffri direzzjoni u inizjattivi biex is-settur ta’ l-S.M.E.’s ikun f’pozizzjoni li jfittex u jsib swieq godda f’Malta u barra minn Malta. Ghal dan il-ghan irid jinghata tahrig kontinwu, kemm lil min irid jidhol fid-dinja tan-negozju, u xejn anqas lil dawk li diga’ huma stabbiliti fid-dinja tan-negozju biex ikun hemm aggornament ma’ ligijiet u sistemi kurrenti. Ghal dan l-iskop giet identifikata l-E.T.C. f’Ghawdex, li ghandha r-rizorsi mehtiega u trid tara kif tista’ tilhaq l-aspettattiva tal-klijent Ghawdxi.

L-M.D.C. u l-I.P.S.E. f’Ghawdex, qal Edwin Vassallo, li wkoll ghandhom ufficini rapprezentattivi f’Ghawdex, iridu jaraw kif joholqu strategija ghall-izvilupp tan-negozju f’Ghawdex, billi jingharfu il-htigijiet partikolari ta’ Ghawdex u jigu ifformulati ‘policies’ f’dan ir-rigward. Mhux bizzejjed li l-M.D.C. u l-I.P.S.E. ikollhom ufficini godda u mghammrin, jekk dawn ma jkunux verament hajjin u li joffru servizz. L-M.D.C. ghandha l-ghan partikolari li toffri spazju industrijali ghall-applikanti godda u lil dawk li jkunu jridu jkabbru il-facilitajiet taghhom. Dan ghandu jsir fuq kriterji gusti u trasparenti lil min verament ikun haqqu.

F’dan il-kuntest saret zjara mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici f’zewg zoni industrijali. F’ ‘Ta’Dbiegi Crafts Village’ ser jigi rduppjat in-numru ta’ ‘units’ biex tigi offruta l-iktar ghazla wiesa ta’ ‘crafts’ u ‘hand-work’ li t-turist ikun jista’ jzur u japprezza.F’dan ir-rigward, qal Edwin Vassallo, irid jigi protett, anke b’legislazzjoni, dan is-settur. Sabiex is-settur tal-‘crafts’ u ‘handwork’ Maltin jiffjorixxi, id-drawwa li prodotti impurtati jinbieghu bhala prodotti maghmulin fil-gzejjer taghna trid tieqaf. Fiz-zona industrijali tax-Xewkija gie indikat fejn se jsiru siti ta’ fabbriki godda u estensjonijiet ta’ fabbriki eziztenti.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici Edwin Vassallo, imbaghad iltaqa’ mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u taz-Zebbug fejn gew diskussi problemi li qieghed ihabbat wiccu maghhom is-settur tan-negozju f’dawn il-lokalitajiet. Fir-Rabat giet diskussa l-problema tal-‘parking’ waqt li fiz-Zebbug issemmiet l-importanza li l-gwidi ma jonqsux li jgibu t-turisti jaraw dan il-lokal tassew uniku f’Ghawdex.

"Soluzzjonijiet jezistu, jekk il-komunita’ tan-negozju tal-lokal tinghaqad biex issolvi dawn il-probblemi" qal Edwin Vassallo. Is-Segretarju Parlamentari wieghed l-ghajnuna tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici biex ikunu jistghu jinstabu soluzzjonijiet gusti.


03.12.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow