Il-Vici Prim Ministru Guido de Marco ikompli bil-laqghat tieghu fin-Norvegja
Il-Vici Prim Ministru Guido de Marco ikompli bil-laqghat tieghu fin-Norvegja
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco, il-bierah kompla bl-attivitajiet tieghu f’Oslo, in-Norvegja, fejn qed jippartecipa fis-seba’ laqgha tal-Kunsill Ministerjali tal-OSCE (Organizzazzjoni ghas-Sigurta` u Koperazzjoni fl-Ewropa).
Il-qofol tal-attivitajiet tal-Vici Prim Ministru l-bierah kien l-indirizz li ghamel fil-konferenza li fih enfasizza r-rilevanza ta’ l-Organizzazzjoni fir-realtajiet ta’ llum u r-rabta bejn is-sigurezza fl-Ewropa u s-sigurezza fil-Mediterran.
Matul il-gurnata tal-bierah il-Professur de Marco kellu laqghat mal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tad-Danimarka, Nils Helveg Petersen u tar-Repubblika Ceka, Jan Kavan, kif ukoll mal-Vici Ministru ghall-Affarijiet Barranin ta’ l-Italja Umberto Ranieri. Dalghodu, il-Vici Prim Ministru kellu laqgha mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Awstrija, Wolfgang Schussel li bhalissa qed jippresiedi l-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea. F’dawn il-laqghat gew diskussi materji ta’ natura bilaterali, b’mod partikolari r-riattivazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta ghal-shubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-Vici Prim Ministru ltaqa’ wkoll mas-Segretarju ghar-relazzjonijiet tas-Santa Sede ma’ pajjizi barranin, l-Arcisqof Jean Luis Tauran.
Il-Professur de Marco illum ikompli bil-partecipazzjoni tieghu fil-konferenza ta’ l-OSCE u mistenni jirritorna lura Malta tard il-lejla.
03.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN