Il-Ministru tas-Sahha, Dr. Louis Deguara igiddeb artikolu fil-gurnal Malta Independent dwar taxxa fuq medicini
Il-Ministru tas-Sahha, Dr. Louis Deguara igiddeb artikolu fil-gurnal Malta Independent dwar taxxa fuq medicini
B’riferenza ghall-artiklu li deher fl-ahhar pagna tal-gurnal "The Malta Independent" tal-lum, it-3 ta’ Dicembru 1998, il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara jichad kategorikament li hu qatt semma jew ghandu xi hsieb li jintroduci xi taxxa gdida fuq il-medicini li jinghataw b’xejn. Dawn it-tip ta’ taxxi ma jsirux minn min ghandu kuxjenza socjali.
Fl-intervista ma’ l-imsemmi gurnal, il-Ministru Deguara qal li l-Gvern m’ghandu l-ebda hsieb li jintroduci hlas ghall-pazjenti, li meta tidhol fis-sehh l-iskema tal-Pharmacy of your Choice, jigbru l-medicini mill-ispizeriji privati. Louis Deguara qal li jekk, eventwalment, il-kumitat li qed jiddiskuti din l-iskema, jirrakkomanda li jsir xi hlas minimu ghas-servizz li jinghata fl-ispizeriji privati, il-pazjenti mhux ser ikunu obbligati li jigbru l-medicini minn dawn l-ispizerji, imma jkollhom l-ghazla li jkomplu jigbru l-medicini b’xejn mic-Centri tas-Sahha kif ukoll mill-iSpizeriji tal-Gvern.
Huwa ingust li l-gurnal fit-titlu ta’ l-artiklu jghid li l-Ministru tas-Sahha semma l-possibiltà ta’ taxxa gdida fuq il-medicini b’xejn meta dan mhux minnu. Fil-fatt, jekk wiehed jaqra x’qal il-Ministru fl-artiklu jinduna kemm it-titlu huwa kontradittorju ma’ l-istess artiklu. Jekk ir-rakkomandazzjoni ta’ hlas tkun implimentata dawn il-flus ma jmorrux ghand il-Gvern u ghalhekk mhumiex taxxi. Dan it-titlu huwa aktar ingust meta wiehed jiftakar li kien propju l-Ministru Deguara nnifsu li fl-ewwel gurnata tieghu bhala Ministru tas-Sahha nehha t-taxxa anti-socjali ta’ 50 centezmu fuq il-medicini li kien introduca l-Gvern precedenti.
Huwa ta’ min jikkundanna dawn it-tip ta’ manuvri li jippruvaw jitfghu dell ikrah fuq skema li ser twassal biex ittejjeb is-servizz ta’ tqassim ta’ medicini b’xejn. Dan aktar u aktar meta l-affarijiet msemmija ma jkunux minnhom.
03.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN