Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tal-Intern Dr. Tonio Borg izur bini gdid fil-Kwartier Generali tal-Pulizija

PR2157
Date Icon 02/12/1998

Il-Ministru tal-Intern Dr. Tonio Borg izur bini gdid fil-Kwartier Generali tal-Pulizija

Il-Ministru ta’ l-Intern, l-Onor. Tonio Borg, akkumpanjat mill-Kummissarju tal-Pulizija, Gorg Grech, illum zar il-bini gdid fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija li ser jospita l-ufficini godda tas-CID u l-Iskwadri Specjali tal-Korp. Il-bini gdid jinkorpora fih ukoll lock-up gdid, li ghall-ewwel darba ser ikollu facilitajiet sanitarji f’kull cella.

Dan il-progett kien gie approvat mill-Kabinett Nazzjonalista fl-ahhar tal-1995 u gew ivvotati Lm400,000 ghall-ewwel stadju ta’ dan il-progett. Kien beda xi xoghol, u meta fl-1997 inhargu l-permessi kollha, tkompla l-bini fuq l-istess linji kif progettati.

Dan il-bini gdid li ser jiswa mal-miljun lira u jitlesta sa tmiem is-sena d-diehla, ghandu l-vantagg li l-iskwadri specjali tal-Pulizija u s-CID kollha ser jingabru f’post wiehed, gdid u modern. Ghal l-ewwel darba ser jinbnew kmamar tal-interrogatorju, mghammra bir-registrazzjoni elettronika u b’videoghall-interrogatorju, ser isir ukoll bini gdid u iktar spazjuz ghall-Laboratorju Forensiku, reception area gdida, 54 cella mghammra b’facilitajiet sanitarji u access ghal dawl u arja naturali.

Wara din iz-zjara, il-Ministru Tonio Borg zar l-Ghassa tal-Pulizija ta’ Santa Venera fejn habbar li b’ effett mill-1 ta’ Jannar, 1999 ser tigi formalizzata il-procedura ta’ l-ilmenti mill-pubbliku dwar il-Korp. F’kull ghassa ser ikun hemm formoli ta’ ilmenti (complaints forms) li jistghu anki jintbaghtu direttament lill-Kwartieri Generali.

02.12.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow