Il-Ministru tal-Finanzi jwiegeb lil Dr. Joe Brincat, Deputat Kap tal-MLP dwar il-VAT
Il-Ministru tal-Finanzi jwiegeb lil Dr. Joe Brincat, Deputat Kap tal-MLP dwar il-VAT
Dr. Joe Brincat, Deputat Kap tal-Partit Laburista tkellem fuq l-eventwalita’ li l-VAT tibda’ tithaddem qabel ma’ l-Ligi tkun ghaddiet mill-Parlament. Ipproklama li dan hu nsult lejn il-Parlament u lejn il-Kostituzjoni.
Dr. Brincat messu jaf li Gvern Laburista dahhal taxxi godda bi proklama - is-sisa fuq il-birra u s-sisa fuq l-inbid, fl-1 ta’ Lulju 1997 u fl-1 ta’ Jannar 1998 rispettivament. Dawn it-taxxi godda u il-mod kif jingabru, bdew fis-sehh bi proklami li saru hames xhur qabel ma’ ghaddew iz-zewg Ligijiet mill-Parlament.
Fil-fatt il-proklama fuq il-birra kienet saret fit-30 ta’ Gunju 1997 u l-Ligi kienet ghaddiet fil-11 ta’ Novembru 1997. Fil-kaz tal-inbid, il-proklama kienet inharget fid-19 ta’ Dicembru 1997 u l-Ligi kienet ghaddiet fil-5 ta’ Gunju 1998.
Dr. Brincat ipproklama wkoll li jekk pajjizna jsir membru tal-Unjoni Ewropea, ir-rata trid tizdied. Jista’ jghidilna din minn fejn gabha?
Jaf li qabel l-Elezzjoni, il-Partit Laburista kien bassar li r-rata li biha se tidhol il-VAT kellha tkun ta’ 26%? Din irrizultat profezija falza.
Jaf li l-Gvern ta’ Dr. Alfred Sant kien ghamel taxxa fuq il-prodotti mportati ta’ 21%?
Jaf li fil-Programm Elettorali li fuqu hu kkontesta l-Elezzjoni kien dikjarat li l-prodotti mahdumin Malta kienet se tizdidilhom is-sisa ghall-istess ammont, jigifieri 21%?
Dr. Brincat tkellem ukoll dwar l-gharajjes u l-bini ta’ djarhom. Dr. Brincat messu jaf li mas-sistema tal-VAT, bhalma kien isir qabel, se jkun hemm ukoll l-iskema li biha dawk li jibnu djarhom ghal ewwel darba se jkunu jistghu jiehdu lura VAT li jkunu hallsu.
Jaf li fis-sistema l-gdida tal-VAT se jkun hemm skema bhal din anke ghat-tigijiet?
Nirrepeti li jkun hafna ahjar li l-Oppozizzjoni tahdem biex f’pajjizna jkollna l-ahjar sistema ta’ taxxa possibbli.
01.12.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN