Impenn shih tal-Gvern fil-qasam tas-sahha
Impenn shih tal-Gvern fil-qasam tas-sahha
Fl-ewwel budget tal-Gvern, il-vot tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha dwar programmi u inizjattivi zdied b’ Lm5,000 fuq dak tas-sena l-ohra, minn Lm25,000 ghal Lm30,000. Dan sar bil-ghan li l-Gvern jibda jwettaq dak li wieghed fil-programm elettorali dwar il-Promozzjoni tas-Sahha.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta llum wara nofsinhar indirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta’ l-AIDS li jkun mfakkar ghada.
Louis Deguara tenna li fl-ahhar budget tieghu, il-Gvern precedenti naqqas il- budget ta’ dan id-Dipartiment b’50%. Hu kompla jghid li l-Gvern prezenti hu impenjat biex, kif jghid il-programm elettorali, jerga’ jaghti prijorità lit-taghlim dwar kif il-bniedem jista’ jibqa’ b’sahhtu. Huwa ghalhekk, tenna l-Ministru Deguara, li l-Gvern zied il-vot ta’ dan id-dipartiment u fl-istess hin qed jaghti l-ispazju lill-impjegati ta’ dan id-dipartiment biex jiehdu inizjattivi biex il-poplu jkun edukat dwar kif jiehu hsieb sahhtu.
Louis Deguara qal li mill-istatistika dinjija jidher car li l-HIV jippredomina l-aktar f’dawk li ghandhom anqas minn 25 sena, tant li nofs dawk li huma nfettati b’dan il-virus huma fil-fatt taht il 25. Hu ghalhekk li l-kampanja ta’ taghrif dwar dan il-virus hija mmirata l-aktar lejn l-adoloxxenti. Barra minhekk, tenna l-Ministru tas-Sahha, dawn huma generazzjonijiet li lesti li jbiddlu u qieghdin fi stadju ta’ vantagg biex jitghallmu aktar.
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-programm elettorali tal-Gvern jghid ukoll li trid issir taqsima gdida ta’ kura ghaz-zghazagh. Hu tenna li bhalisaa qed isir studju biex din il-weghda, bhal weghdiet l-ohra, titwettaq ukoll u b’hekk din it-taqsima tiehu hsieb problemi li jolqtu direttament liz-zghazagh fosthom, mard trasmess sesswalment, droga u xorb. Il-Ministru Deguara habbar li venereologistMalti, li jispecjalizza fuq l-AIDS u l-mard trasmess sesswalment, ser jibda jaghti s-servizzi tieghu lid-Dipartiment tas-Sahha. Hu tenna li s-servizzi ta’ dan l-ispecjalista, li kien jokkupa l-kariga ta’ konsulent fl-Ingilterra, ikomplu jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern f’dan il-qasam. Il-Ministru tas-Sahha zvela li fi zmien l-amministrazzjoni precedenti kienet saret talba mid-Dipartiment biex dan il-venereologist ikun jista’ jaghti s-servizzi tieghu, izda din it-talba kienet rifjutata mill-Cabinet Recruitment Committee.
Louis Deguara temm b’appell lejn il-media biex taghraf il-potenzjal li ghandha biex tghin fl-edukazzjoni tal-poplu dwar sahhtu. Hu semma wkoll kif il-media, kif kien xieraq, tat rapporti dettaljati dwar ir-rapport ta’ l-Ombudsman dwar l-iSptar Monte Carmeli, izda min-naha l-ohra ma rraportat xejn dwar inizjattiva ta’ klienti li jridu jintegraw ruhhom fis-socjetà u organizzaw bazaar bi prodotti li ghamlu huma stess. Attività li turi bic-car kemm qieghed isir xoghol preparatorju biex dawn il-klienti jigu ri-integrati fil-komunita’.
30.11.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN