Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha
Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha
B’riferenza ghall-istqarrija mahruga mill-ex Ministru tas-Sahha, din tidher li tikkonferma n-nuqqas ta’ kuxjenza socjali li ghadu jhaddan il-Partit fl-Oppozizzjoni minkejja li l-ahhar elezzjoni wriet li l-poplu sfiducja din il-politika.
L-ex Ministru tas-Sahha qed jiddefendi process burokratiku li holoq il-Gvern Laburista li kien wassal biex impjiegi godda mac-Civil ikunu approvati minn sotto-kumitat tal-Kabinett; process li wassal biex haddiema jdumu jistennew ghal aktar minn sena u nofs biex minn bazi kazwali jsiru tal-post; process li thaffef biss kif resqet l-Elezzjoni Generali; process li illum wassal biex dawn il-haddiema tilfu wkoll il-beneficcju f’arretrati ta’ Lm234 li ser jircievu l-haddiema tac-Civil bhala parti mill-ftehem kollettiv li, kif wieghed fil-programm elettorali il-Gvern prezenti, ikkonkludih f’inqas minn 3 xhur.
L-ex Ministru messu jaf ukoll li whud mill-paramedici li l-bierah hadu l-hatra taghhom suppost huma mghejjuna f’xogholhom minn paramedic aides. Kien ikun hafna ahjar kieku l-ex Ministru fl-istqarrija tieghu skuza ruhu li minhabba agir mhux konformi fi zmien l-Amministrazzjoni Laburista dawn l-impjegati ghadhom minghajr ghajnuna fl-impjieg taghhom. Kien ikun hafna ahjar kieku l-ex Ministru skuza ruhu ma’ dawn l-impjegati wara li ghal xhur shah cahhadhom minn beneficcji li jgawdu haddiema full time, bhal ma huma overtime u allowances ohra, beneficcji li haddiema qrib l-ex Ministru jidher li gawdew mhux hazin minnhom. Kien ikun hafna ahjar kieku l-ex Ministru skuza ruhu wara li jidher li l-ekwivalenti ta’ erba’ snin paga ta’ dawn il-haddiema ntefqu f’gurnata wahda biex kienet organizzata l-‘Festa Sahha’ flimkien ma’ xiri ta’ xorb alkoholiku.
L-ex Ministru kien ftahar b’rix haddiehor meta ftit jiem wara l-elezzjoni ta’ Ottubru 1996, fetah id-Day Ward li kienet tlestiet mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista; hu kien ukoll ipprova jikkonvinci lill-poplu li l-isptar il-gdid kien xi progett mahsub mill-Gvern Laburista wara li l-mexxej tieghu kien ilu ghal sena u nofs jigi rrapurtat li qal li l-progett kien kapricc. L-ex Ministru kien ftahar ukoll bil-ftuh ta’ l-ufficini godda tad-Dipartiment ta’ informazzjoni dwar is-sahha u l-kompjuterizzazzjoni, kollha affarijiet li jafu t-twelid taghhom lill-Amministrazzjoni Nazzjonalista.
27.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN