Espansjoni tas-servizzi offruti fl-Isptar Zammit Clapp
Espansjoni tas-servizzi offruti fl-Isptar Zammit Clapp
Is-servizzi provduti lill-klijenti anzjani fl-isptar Zammit Clapp ser jespandu fil-futur.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt diskors li ghamel f’gheluq kors organizzat mill-INIA dwar il-kura tas-sahha lill-anzjani.
Louis Deguara sostna li apparti dawn il-pjanijiet, il-Gvern hu mpenjat li l-kura fil-komunità tissahhah u habbar li ser jitwaqqaf unit apposta ghall-klijenti anzjani fl-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq.
Il-Ministru tas-Sahha tkellem dwar is-servizzi offruti mill-Gvern fil-kura ta’ l-anzjani u fost l-ohrajn semma l-isptar Zammit Clapp li kien miftuh u beda jopera fl-1991. Hu kompla jghid li dan l-isptar jaghmel parti minn sistema ta’ kura ghall-anzjani li tinkludi fiha r-residenza ta’ San Vincenz De Paule li ghaddejja minn programm ta’ immodernizzar u wkoll titjib fis-servizz li tipprovdi lill-anzjani. Hu semma wkoll diversi servizzi offruti fil-komunita’ lill-istess anzjani. Louis Deguara tenna li s-servizzi offruti mill-Gvern huma wkoll kumplimentati minn dawk offruti mis-settur privat u organizzazzjonijiet volontarji.
Il-Ministru Deguara qal li l-pedament ta’ dawn is-servizzi nbena bit-twaqqif ta’ Segretarjat Parlamentari ghall-anzjani mill-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1987.
Dwar l-isptar Zammit Clapp, Louis Deguara qal li dan l-isptar ghandu fi hdanu centru ta’ taghlim li jipprovdi servizz lill-professjonisti kollha kemm dawk Maltin kif ukoll barranin
Il-Ministru tas-Sahha tkellem dwar l-priorita’ li ser jinghataw is-servizzi fil-komunita’. Madankollu s-servizzi residenzjali ghal zmien twil qatt mhi ser tispicca l-htiega taghhom. Servizz li jrid ikun provdut wara li jkunu fallew tentattivi biex il-klijent anzjan ikun riabilitat permezz ta’ kura fil-komunita qal Louis Deguara.
Filwaqt li awgura success lil dawk kollha li temmew il-kors, Louis Deguara stieden lill-partecipanti biex dak kollu li tghallmu jghadduh lill-kollegi taghhom.
27.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN