Laqghat bejn tlett Ministeri dwar ir-Riforma fil-Kura tas-Sahha Mentali
Laqghat bejn tlett Ministeri dwar ir-Riforma fil-Kura tas-Sahha Mentali
Minn nhar it-Tnejn li gej ser jibdew diskussjonijiet bejn il-Ministeru tas-Sahha, il-Ministeru tal-Politika Socjali u l-Ministeru ghal Ghawdex dwar il-kura tal-mard mentali u r-reintegrazzjoni tal-pazjenti fis-socjetà.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, meta dalghodu inawgura bazaar imtella’ mid-Day Centre ta’ Hal Qormi. Il-prodotti li qed jinbieghu f’dan il-bazaar huma kollha mahduma minn klijenti li qed ikunu integrati fis-socjetà.
Il-Ministru tas-Sahha tenna li r-riforma fil-kura tas-sahha mentali titlob li s-servizzi fil-komunità jkunu msahha u qal li l-Gvern prezenti jemmen li d-Dipartiment tas-Sahha ghandu joffri kura lil dawn il-klijenti fl-isptarijet, imma biex titnaqqas l-istigma fuq l-istess klijenti ikun aktar ghaqli jekk l-integrazzjoni taghhom fil-komunità tkun provduta mid-Dipartiment tal-Politika Socjali.
Louis Deguara qal li sfortunatament is-socjetà Maltija tittimbra lil dawn il-pazjenti li ma huma tajbin ghal xejn u ghalhekk fahhar l-inizjattiva ta’ l-Occupational Therapists tal-Qormi Day Centre li permezz tal-bazaar li tellghu qed jibaghtu messagg pozittiv. Messagg li juri li dawn il-klijenti ghandhom talenti li ghandhom ikunu zviluppati.
Hu qal li b’dan il-ghan ir-riforma li trid issir, minbarra li tinkludi kura, trid tahseb ukoll biex tipprovdi ghajnuna lill-klijenti biex ikabbru t-talenti taghhom . Trid tkun riforma biex issahhah il-potenzjal tal-klijenti, sostna Louis Deguara.
Doriette Bonello, Occupational Therapist fil-Qormi Day Centre qalet li l-ghan ta’ dan ic-centru, li nfetah fl-1995, huwa li jghin lill-klijenti biex jintegraw ruhhom ahjar fis-socjetà. Hi qalet li l-ghan tal-bazaar hu li jippromwovi x-xoghol li kapaci jaghmlu l-klijenti, juri t-talenti taghhom u fl-istess hin ikabbar il-fiducja tal-klijenti fihom infushom.
Fr. Louis Camilleri bierek il-prodotti li hemm ghal bejgh f’dan il-bazaar, li jinsab fil-bini tal-Health Education Unit, Triq Merkanti, il-Belt Valletta.
Fi tmiem ic-cerimonja, il-Ministru Deguara rcieva tifkira maghmula mill-klijenti tad-Day Centre. Filwaqt li rringrazzja lill-klijenti ghall-gest taghhom, Louis Deguara assigurhom li l-prodott taghhom ser ikun esebit fl-ufficcju tieghu u ttama li dan l-bazaar ikun avveniment li jirrepeti ruhu kull sena.
27.11.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN