Left arrow Mur Lura

Esperti mill-FAO/COMPEMED f'tahdidiet mal-Ministru Ninu Zammit

PR2118
Date Icon 26/11/1998

Esperti mill-FAO/COMPEMED f'tahdidiet mal-Ministru Ninu Zammit

Matul din il-gimgha zewg esperti tal-FAO, Rafael Robles, Direttur tal-progett COMPEMED tal-FAO, u Salvatore Coppola, espert tal-istatistika u l-informatika mall-FAO, zaru Malta ghal tahdidiet teknici mal-Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd, l-Onorevoli Ninu Zammit flimkien ma’ ufficjali gholja fil-Ministeru tieghu u fid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura.

Dawn it-tahdidiet kienu dwar it-twaqqif ta’ sistema moderna u xjentifika tal-gbir u analizi ta’l-istatistika dwar il-hut. Din is-sistema ser tigi bbzata fuq analisi ta’ informazzjoni li ser tibda tingabar mill-Pixkerija u minn portijiet ewlenin tas-sajd. Minbarra l-qbid tal-hut, din l-istatistika ser tkun tinkludi wkoll kull informazzjoni relatata ma’ l-industrija tas-sajd.

L-iskop ta’ dan l-ezercizzju huwa biex l-industrija tas-Sajd titwaqqaf fuq sisien moderni fuq skala internazzjonali, li jwassal ghall-immaniggjar ahjar tar-rizorsi tal-bahar. B’hekk ikun hemm harsien ahjar tar-rizorsi ezistenti u eventwalment tkattir ta’l-abbundanza tal-hut li jinqabad mis-sajjieda Maltin, bi prodotti bi prezzijiet ragjonevoli. Ghalhekk is-sajjied ikollu garanziji ghall-qliegh xieraq fil-futur u s-suq ikun moqdi ahjar.

Il-COPEMED qed tghin lid-Dipartiment tas-Sajd billi tiffinanzja il-partecipazzjoni ta’ Malta fi progetti ta’ studju xjentifiku dwar it-tonn, merluzz, gambli u speci ohra ta’ hut. Dawn il-progetti huma mmexxija mill-FAO u l-Unjoni Ewropea bil-ghan li l-pajjiz ikun konformi mall-Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda dwar il-Ligi tal-Bahar (UNCLOS) u l-Common Fisheries Policy ta’ l-Unjoni Ewropea.

Progett iehor iffinanzjat mill-COPEMED u li nbeda f’Malta jittratta dwar is-sajd artiggjanali, jigifieri sajd marbut mat-tradizzjoni tal-pajjiz.

Il-pajjizi partecipanti f’dawn il-progetti tal-COPEMED, minbarra Malta, huma l-Italja, Franza, Spanja, il-Marokk, l-Algeria, it-Tunezija u l-Libja. Fil-futur qarib, esperti minn dawn il-pajjizi ser jiltaqghu sabiex joholqu sistema moderna ta’ regolamenti tas-sajd fid-dawl tal-Kunsill Generali tas-Sajd fil-Mediterran (GFCM)

26.11.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow