Jasal aktar taghmir ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni CIvili: inawgurata Multi Purpose Tug
Jasal aktar taghmir ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni CIvili: inawgurata Multi Purpose Tug
Il-Ministru Dott. Tonio Borg u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino, dalghodu zaru il-Unit Marittimu tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fil-Birgu. Waqt din iz-zjara huma assistew ghal dimostrazzjoni fuq il-bahar tal-kapacitajiet tal-Multi Purpose Tug Boat is-'Sea Salvor' u z-zewg Fast Speed Rescue Boats 'Melita I' u 'Melita II'.
It-tliet tug-boats, flimkien ma' taghmir iehor ghall-uzu tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, fosthom 27 fire-engine li b'kollox swew madwar Lm7.5 miljun inghataw lil Malta permezz tal-Protokoll Finanzjarju li Malta ghandha ma' l-Italja. Dan il-ftehim kien inbeda mill-Ministru Tonio Borg fl-1995.
It-Tug Boat, li nbniet f'La Spezia u swiet iktar minn Lm2.5 miljun waslet Malta nhar il-Hamis 19 ta' Novembru. Is-'Sea Salvor' hija twila 30 metru u wiesa 10 metri u tilhaq velocita` massima ta' 12-ilknot. Hija kapaci tigbed vapuri kemm fil-port, kif ukoll f'bahar miftuh u hija armata b'zewg kanuni ta' l-ilma ghat-tifi ta' nar. Barra minhekk ghandha l-kapacita` li tqieghed booms biex tigbor zejt f'kaz ta' tniggiz ta' zejt fil-bahar.
Is-'Sea Salvor' hija armata bl-iktar teknologija moderna f'dak li ghandu x'jaqsam ma' apparat ta' navigazzjoni u komunikazzjoni permezz tas-satellita. It-Tug Boat hija armata ukoll b'facilitajiet ta' l-ewwel ghajnuna f'kazi ta' persuni feruti.
F'kelmtejn li ghamel wara d-dimostrazzjoni, il-Ministru Tonio Borg irringrazzja lill-Gvern Taljan li ghal darb'ohra, bil-provi, wera l-hbiberija mal-poplu Malti. Huwa habbar li lanca ohra gdida li mistennija tasal Malta f'Marzu, ser tinghata l-isem ta' 'Garibaldi' bhala rikonoxximent lejn il-Gvern u l-poplu Taljan.
Prezenti ghal din id-dimostrazzjoni kien hemm l-Ambaxxatur Taljan ghal Malta l-E.T Dott. Giancarlo Riccio, is-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Intern, is-Sur Joe Micallef, Direttur tal-Protezzjoni Civili u s-Sur Daniel Grima, Konsulent Marittimu tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
25.11.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN