Kors ta' thejjija ghal dawk li se jirtiraw mix-xoghol
Kors ta' thejjija ghal dawk li se jirtiraw mix-xoghol
Bejn il-1999 u s-sena 2000 ’il fuq minn 800 impjegat se jirtiraw mis-Servizz Pubbliku.
L-iStaff Development Organisation fil-Management and Personnel Office, fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, bdiet sensiela ta’ korsijiet biex thejji lil dawk li se jirtiraw ghal din il-bidla f’hajjithom. Il-korsijiet qed jittellghu bl-ghajnuna tal-Ministeru ghall-Politika Socjali u l-Istitut tal-Gerontologija u l-Gerjatrija, fl-Universita` ta’ Malta.
F’dawn il-korsijiet, il-partecipanti se jinghataw taghrif dwar sahha, pensjonijiet, beneficcji socjali u servizzi ghall-anzjani, ezercizzji fizici, psikologija u taghrif dwar ghaqdiet volontarji li fihom dawk li se jirtiraw jistghu jiehdu sehem attiv u jaghtu kontribut siewi lis-socjeta`.
Fost il-kelliema hemm esperti fil-qasam tal-Gerontologija u l-Gerjatrija kif ukoll ufficjali mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali u d-Dipartiment ghall-Kura ta’ l-Anzjani.
L-ewwel kors gie inawgurat illum l-Erbgha, 25 ta’ Novembru 1998, mill-Kap tas-Servizz Pubbliku, is-Sur Joe R. Grima.
25.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN