Left arrow Go Back

Il-Pubbliku mheggeg jippartecipa fit-Travel Survey organizzat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar

PR2101
Date Icon 24/11/1998

Il-Pubbliku mheggeg jippartecipa fit-Travel Survey organizzat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern iheggu lill-dawk kollha li gew maghzula biex ghada jiehdu sehem fis-survey nazzjonali dwar it-trasport, organizzat mill-Awtorità ta' l-Ippjanar, biex jiddedikaw ftit hin biex jimlew il-kwestjonarju. L-informazzjoni li ser tingabar minn dan is-survey ser tkun importanti u ser tghin lill-Awtorità ta' l-Ippjanar biex tkompli taghti servizz ta' ippjanar ta' kwalità lill-pajjiz.

Biex tigbor din l-informazzjoni b'mod xjentifiku l-Awtorità baghtet kwestjonarju lil 15,000 familja f'Malta bil-ghan li tingabar data dwar kif ser ikunu qed juzaw il-metodi ta' trasport, kemm privati u kemm pubblici, tul il-gurnata tas-survey.

Dan l-istharrig qed isir bhala parti mir-revizjoni tal-Pjan ta' Struttura u permezz tieghu l-Awtorità ser tkun tista' taggorna l-informazzjoni komputerizzata, migbura fl-1990, dwar il-mezzi kollha tat-trasport f'Malta u l-effetti taghhom fuq is-sistema ta' toroq ta' Malta.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jemmnu li l-informazzjoni l-gdida, wara li tkun analizzata, tkun tista' taghti stampa cara tas-sitwazzjoni prezenti tat-traffiku li hawn fil-pajjiz, kif ukoll tiffoka fuq it-tibdil mehtieg fil-futur. Dan it-taghrif jista' jkun importanti ukoll ghal dipartimenti u agenziji tal-Gvern kif ukoll ghall-Kunsilli Lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow