Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru dwar allegazzjonijiet fuq l-operat tas-Sindku taz-Zurrieq
Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru dwar allegazzjonijiet fuq l-operat tas-Sindku taz-Zurrieq
Is-Segretarjat Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, innota li l-artikolista Joe Cassar, fil-kolonna tieghu "Aktar Qrib ic-Cittadin" fil-parti intitolata "Intimidazzjoni bil-barka tal-Prim" ippubblikat fil-harga tal-gurnal "l-Orizzont" tal-lum, it-Tlieta, 24 ta’ Novembru 1998, ghamel referenza ghal kwistjoni li tirrigwarda lilu nnifsu bhala Sindku taz-Zurrieq, u kiteb li "la l-Prim Ministru u lanqas id-Dipartiment ma kellhom id-dicenza jinformawni bl-intenzjonijiet taghhom."
Tajjeb li wiehed ighid il-fatti kif inhuma:
Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali rcieva ittra anonima datata 8 ta’ Novembru li taghmel allegazzjonijiet kontra s-Sur Cassar fil-kapacità tieghu bhala Sindku taz-Zurrieq.
Id-Dipartiment, bhal kif jaghmel f’kaz bhal dan, baghat ittra lill-Kunsill Lokali fejn talab il-kummenti tal-Kunsill Lokali ghal dawn l-allegazzjonijiet. Din hi procedura normali peress li hu ovvju li la l-ittra ntbaghtet, ma tista’ bl-ebda mod tkun injorata. Ghalhekk m’hemm l-ebda raguni ghalfejn is-Sur Cassar qieghed ihossu ntimidat.
Wisq aktar minn hekk, is-Sur Cassar allega li din l-informazzjoni thalliet tillikja lil wiehed mill-gurnali bl-Ingliz. Ta’ min wiehed jghid li meta din il-gazzetta partikolari talbet ghall-kumment dwar din il-kwistjoni, il-kumment kien li m’hemm l-ebda investigazzjoni ghaddejja rigward is-Sur Cassar u l-pozizzjoni tieghu bhala Sindku.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN