Left arrow Go Back

Stqarrija tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern dwar il-Users Committee ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar

PR2096
Date Icon 23/11/1998

Stqarrija tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern dwar il-Users Committee ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern il-Perit George Pullicino jirreferi ghall-Istqarrija ghall-Istampa mahruga mill-Kelliema ta' l-Oppozizzjoni dwar it-terms of reference ta' l-Users Committee ta' l-Awtorità ta' l-Ippjanar.

Kienu l-membri tal-Kumitat stess, waqt laqgha li kellhom mas-Segretarju Parlamentari, li kkummentaw li qatt ma kienu nghataw terms of reference ufficcjali minn meta twaqqaf dan il-Kumitat f'Lulju tal-1997. Fl-istess laqgha, il-membri tal-Kumitat stqarrew li kien qed ikun hemm duplikazzjoni fix-xoghol tal-Users Committee u dak tal-Planning Consultative Committee.

Meta wiehed ihares lejn l-emendi li gew approvati f'Lulju 1997, wiehed malajr jirrealizza li l-Users Committee inghata direzzjoni li "jissorvelja l-funzjonijiet generali ta' l-Awtorita". Kien ikun ahjar li wara l-emendi dan il-Kumitat inghata terms of reference iktar cari u konkreti.

Is-Segretarju Parlamentari ihoss li fuq materji bhal dawn m'ghandux ikun hemm kontroversja izda, kemm jista' jkun, ghandu jintlahaq concensus biex isiru r-riformi mehtiega halli l-Awtorita ta' l-Ippjanar issir iktar efficjenti.

23.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow