Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jzur il-fergha tal-IPSE tal-B.O.V.

PR2092
Date Icon 23/11/1998

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jzur il-fergha tal-IPSE tal-B.O.V.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo, waqt zjara fl-I.P.S.E. branch tal-B.O.V, sahaq fuq il-htiega li l-banek ghandhom ikunu aktar sensittivi ghall-htigijiet ta’ l-ekonomija. In-negozji z-zghar u ta’ daqs medju huma s-sinsla ta’ l-ekonomija Maltija. Dawn it-tip ta’ negozji jista’ jkollhom htigijiet partikulari u ghalhekk l-I.P.S.E. ghandha tfassal prodotti f’din id-direzzjoni. Jekk dan huwa zmien partikolari ta’ fejqan ghan-negozju taghna, allura l-banek iridu jkunu aktar sensittivi f’dan ir-rigward, tenna Edwin Vassallo.

Edwin Vassallo qal li l-kummenti generali li jisma’ min-nies tan-negozju, huma dawk li l-banek huma xi minn daqqiet iebsin izzejjed. Il-mottiv tal-profitt m’ghandux ikun a skapitu ta’ min jista’ jkun qed jirriskja kollox fin-negozju tieghu.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li l-banek jehtieg li jkunu verament ta’ servizz ghan-negozju taghna. Servizz li jista’ jissarraf f’ghajnuna lin-negozji, fil-cashflow tieghu meta jsib swieq godda, rohs fic-charges li jzomm il-bank, kif ukoll aktar skemi biex jghinu fir-ristrutturazzjoni li jehtieg li jsir f’kull negozju, sabiex dan ikun jista’ jiggedded skond kif jitlob iz-zmien.

Ghalhekk l-incentivi li ser jinawgura l-bank illum fl-ufficini ta’ l-I.P.S.E., BOV, huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Edwin Vassallo qal li jispera li laqghat bhal dawn, fejn dirigenti ta’ banek u negozjanti jistghu jibdlu suggerimenti, ikunu ta’ gid u joffru idejat ta’ kif jistghu jintlaqghu ahjar l-aspirazzjonijiet tan-negozji z-zghar. Edwin Vassallo awgura li jinholqu aktar skemi ta’ vantagg li joffru servizz ghas-self employed iz-zghir u ta’ daqs medju.

23.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow