Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Kunsill Lokali u mal-komunita' kummercjali ta' San Pawl il-Bahar

PR2091
Date Icon 23/11/1998

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Kunsill Lokali u mal-komunita' kummercjali ta' San Pawl il-Bahar

Il-komunita’ tan-negozju ta’ San Pawl il-Bahar hija msawwra fuq il-htigijiet tat-turist, li jista’ jkun Malti jew barrani. Ghaldaqstant il-Kunsill Lokali jrid jara li jkun hemm l-infrastruttura u ligijiet addattati sabiex imantni din l-industrija. Il-htigijiet tat-turist iridu jigu bbilancjati ma’ x’jippermetti s-suq. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fi zjara li ghamel lill-diversi hwienet u lukandi zghar f’San Pawl il-Bahar

Edwin Vassallo tenna li l-Gvern jehtieg li jkun proattiv u jilqa’ l-isfidi li jistghu jinholqu minn zmien ghal zmien.

Huwa qal li biex jitjieb il-livell ta’ l-ghixien ta’ ‘l fuq minn 600 hanut li hawn f’dan il-lokal, iridu jigu emendati mill-gdid certi ligijiet li jirregolaw in-negozju. F’dan il-kuntest issemmiet il-problema dwar il-hinijiet tal-ftuh tal-hwienet nhar ta’ Hadd f’zoni turistici. "Jekk dan hu necessarju sabiex jinqeda ahjar it-turist Malti u barrani li jzur il-lokal, allura l-ligijiet li jirregolaw il-ftuh tal-hwienet il-Hadd ghandhom jigu emendati." sostna Edwin Vassallo.

Dan ghandu jsehh wara diskussjonijiet mal-G.R.T.U, il-Ministeru ghall-Politika Socjali u l-Kunsill Lokali dwar it-tibdil li jista’ jsir f’dan ir-rigward, qal Edwin Vassallo.

Is-Segretarju Parlamentari wieghed li ser jittiehdu l-passi kollha possibbli min-naha tieghu sabiex il-livell ta’ servizz li huwa offrut f’dan is-settur jizdied u b’hekk il-migja tat-turisti tigi sfruttata bl-aktar mod pozittiv. B’hekk tkun qed issehh il-politika tal-Gvern li jirrispondi ghall-htigijiet ta’ zona turistika bhal ma hi San Pawl il-Bahar, temm ighid Edwin Vassallo.

23.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow