Open Day fil-Field Services Branch tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali
Open Day fil-Field Services Branch tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, qal li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ghandu fi hdanu minjiera ta’ informazzjoni li tista’ tghin lil kull Kunsill Lokali fil-hidma tieghu.
Huwa qal dan waqt zjara lill-Field Services Branch tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, li matul il-gurnata tal-lum organizzat Open Day ghal dawk kollha li, b’xi mod jew iehor, jistghu jkollhom bzonn informazzjoni minghand din is-sezzjoni. Din l-Open Day kienet organizzata lejliet il-Konferenza Nazzjonali, li se ssir f’gheluq il-hames snin minn meta kienu mwaqqfa il-Kunsilli Lokali f’pajjizna.
Dr. Gatt zied jghid li matul l-istess konferenza se jintwera wkoll video li permezz tieghu se tinghata pubblicità ghall-hidma li twettaq din is-sezzjoni importanti hafna fi hdan id-Dipartiment. F’din is-sezzjoni, issir hidma utli hafna ta’ gbir ta’ informazzjoni dwar kull lokalità, kif ukoll hija responsabbli mill-ispezzjonijiet li jsiru kull tlett xhur lil kull Kunsill dwar l-operat taghhom.
"Is-Sindki, Kunsilliera, Segretarji u l-istaff tal-Kunsilli Lokali ghandhom il-possibilità li juzaw din l-informazzjoni ghall-gid tal-lokalità - informazzjoni dettaljata bhal, per ezempju, kemm hemm sigar f’kull triq u ta’ liema kwalità huma, kemm hija l-area f’sit partikolari, u dettalji ohra bhal dawn."
Huwa sostna li permezz ta’ din l-istess informazzjoni, id-Dipartiment jista jikkalkola kemm jigi jiswa kull kuntratt moghti minn kull Kunsill Lokali u jekk dan jaqax that il-medja nazzjonali ghal dak it-tip ta’ kuntratt.
"Dan ifisser li, kemm id-Dipartiment u wisq aktar il-Kunsilli Lokali nfushom, jistghu jirregolaw il-performance taghhom," kompla Dr.Gatt.
Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda li dan id-database li ghandhom f’din is-sezzjoni jista’ jkun utli hafna ghal kull Kunsill li jkun fi hsiebu jwettaq xi progett jew li jaghmel xi xoghlijiet f’xi nhawi partikolari tal-lokalità, u kif ukoll ghal kuntratturi differenti li, jew ikunu qed jaghmlu xi xoghol ghal Kunsilli, jew ikunu interessati jaghmlu dan ix-xoghol fil-futur.
20.11.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN