Left arrow Go Back

Disa' industriji Ghawdxin jibbenefikaw minn incentivi ta' Lm56,000

PR2069
Date Icon 19/11/1998

Disa' industriji Ghawdxin jibbenefikaw minn incentivi ta' Lm56,000

L-Industrija tal-Manifattura f’Ghawdex li illum thaddem iktar minn 1,000 impjegat ghandha l-problemi u d-difikultajiet partikulari taghha, specjalment f’dak li huwa relatat ma trasport tal-materji intuzati minnhom bejn iz-zewg gzejjer.

Kien ghalhekk li fl-1988, il-Gvern permezz tal-ligi dwar l-izvilupp industrijali, kien holoq incentiv ta’ ghotjiet finanzjarji specifici ghal Ghawdex li sfortunatament hafna operaturi fil-qasam tal-manifattura ghadhom ma jafux bihom u allura ma jibbenefikawx minnhom.

Per ezempju l-ispejjez adizzjonali ta’ trasport minn Malta ghal Ghawdex ta’ materjal li huwa relatat ma’ l-attivita’ ta’ industrija bbazata f’Ghawdex huma koperti b’ghotja finanzjarja. Dan intqal mill-Ministru ghal Ghawdex, is-sinjura Giovanna Debono dalghodu, f’cerimonja qasira li fiha qassmet Lm56,000 f’ghotjiet lil 9 industriji tal-manifattura f’Ghawdex. Bejniethom dawn l-industriji ihaddmu mad-900 haddiem, jigifieri 90% tal-haddiema kollha f’dan is-settur f’Ghawdex.

Il-Ministru Debono sahqet li din l-industrija hija wahda mill-pilastri ta’ l-ekonomija tal-gzira t’Ghawdex, u ghalhekk il-koperazzjoni bejn kull min huwa nvolut fiha hija essenzjali biex nilhqu l-ghan komuni li ghandna - dak li noholqu l-gid. Hawnhekk il-Ministru habbret li fi zmien qasir il-Ministeru kien ser jiehu l-inizjattiva li jlaqqa’ lil dawk kollha involuti fl-Industrija f’Ghawdex bil-ghan li tinholoq Assocjazzjoni li tirraprezentahom.

Din l-Assocjazzjoni ser tghin biex tissensibilizza l-industrija Ghawdxija dwar l-ghajnuniet kbar u ta’ fejda li l-intraprizi Ghawdxin ikunu jistghu jgawdu minn shubija fl-Unjoni Ewropeja. L-Unjoni Ewropeja tirrikonoxxi r-rwol importanti li l-imprizi zghar u medji ghandhom fil-holqien tal-gid u tax-xoghol specjalment f’regjuni zvantaggjati bhalma huma gzejjer. Ghalhekk permezz tal-Fond ghall-Izvilupp Regjonali Ewropew, l-Unjoni Ewropeja qed tikkontribwixxi b’mod dejjem aktar dirett ghall-izvilupp ta’ dawn l-intraprizi.

Il-Ministru Debono tenniet li l-intraprizi Ghawdxin zgur li jkunu jistghu jibbenefikaw minn ghajnuna sew generali kif ukoll specifika jekk Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropeja, u ghalhekk il-koperazzjoni ta’ bejniethom hija essenzjali.

19.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow