Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta' ittri ta' hatra lill-Ufficjal tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura

PR2066
Date Icon 19/11/1998

Prezentazzjoni ta' ittri ta' hatra lill-Ufficjal tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura

Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, dalghodu pprezenta l-ittri ta’ hatra lil 11-il ufficjal li hadu karigi godda fi hdan id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura. Sitta minn dawn inhatru bhala Senior Agricultural Foreman, filwaqt li hamsa inhatru bhala Senior Tradesman.

Il-Ministru ferah lil dawn l-individwi tal-hatriet godda li hadu. Huwa qal illi dawn il-hatriet ghandhom iservu sabiex huma jidhlu iktar ghal piz tar-responsabbilità u tal-akkontabilità fuq il-lant ta’ xogholhom. Ghandhom iservu ukoll sabiex haddiema ohrajn ikollhom incentiv biex jirsistu, halli huma wkoll ikunu f’posizzjoni li javvanzaw permezz ta’ tahrig li huwa ppjanat li jintroduci il-Ministeru. Huwa tenna li bhalissa qed isir ezercizzju fil-livelli kollha tad-Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru tieghu sabiex jigi maghruf ahjar kif inhuma mqassmin in-nies. Dan qed isir bl-iskop li fid-Dipartimenti ikun hemm l-ahjar uzu possibbli tan-nies li hemm impjegati u Jkun hemm hala mill-inqas u iktar efficjenza. Il-Ministru sahaq fuq il-bzonn li l-impjegati jaghrfu jiehdu inizjattiva fuq xogholhom sabiex tonqos il-burokrazija zejda.

Huwa fakkar li l-iskop li ghalih jezisti id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura huwa sabiex jghin u jaqdi lil min irid jaqla x’jiekol minn dan is-settur, jigifieri il-biedwi u r-rahhal, u fl-istess hin il-konsumatur Malti ikun moqdi b’varjetà bnina ta’ prodotti agrikoli bi prezzijiet ragjonevoli. Ghalaq billi awguralhom li dawn il-hatriet, li whud minnhom kienu ilhom pendenti ghal numru ta’ snin, iservu bhala xprun ghalihom sabiex ihegguhom jirsistu iktar fil-qadi ta’ dmirijiethom lejn il-komunità agrikola u finalment lejn il-poplu Malti kollu.

19.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow