Tithabbar il-Konferenza Nazzjonali: Kunsilli Lokali - 5 snin ta' servizz
Tithabbar il-Konferenza Nazzjonali: Kunsilli Lokali - 5 snin ta' servizz
Is-Segretarju Parlamentari fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li saret illum f’Kastilja, habbar dettalji dwar il-Konferenza Nazzjonali li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali flimkien mal-Assocazzjoni tal-Kunsilli Lokali se jorganizzaw nhar is-Sibt, 21 ta’ Novembru 1998, fil-lukanda New Dolmen fil-Qawra, f’gheluq il-hames snin mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’pajjizna.
Il-Konferenza se ssir taht il-patrocinju tal-Prim Ministru, Dr. Eddie Fenech Adami. Dr. Gatt qal li t-tema maghzula ghal din il-Konferenza hija "Kunsilli Lokali - 5 Snin ta’ Servizz", u hija mahsuba sabiex dawk kollha involuti b’xi mod fil-hidma tal-Kunsilli Lokali, ikunu jistghu jaghtu sehemhom f’din il-Konferenza sabiex issir evalwazzjoni tal-esperjenza li akkwistaw s’issa.
"Dan se jsir sabiex naraw ’l fejn se nimxu minn hawn. Ghandna bzonn nanalizzaw l-esperjenza ta’ dawn il-hames snin sabiex nipprogrammaw il-futur tal-Kunsill Lokali u fejn hemm bzonn isir xi tibdil, dan isir fid-dawl ta’ din l-istess esperjenza," zied Dr.Gatt
Il-Konferenza se tiddiskuti diversi suggetti, fosthom:
- il-ligi li twaqqaf u tirregola l-operat tal-Kunsilli Lokali u x’tibdil mehtieg biex jissahhah il-kuncett tas-sussidjarjeta’.
- koordinament u koperazzjoni mal-Ministeri, Dipartimenti u Korpi Statali u Parastatali.
- il-process tad-devoluzzjoni tal-poter u proposti dwar trasferiment ta’ aktar poteri.
- l-elezzjoni tas-Sindki u x’jista jsir biex il-process jissahhah.
- servizzi lill-komunita’ fuq bazi volontarja fil-kuntest lokali u f’pajjizi ohra.
Il-Konferenza se sservi ta’ opportunita’ biex ikunu diskussi suggetti mill-persuni li l-aktar li jkollhom x’jaqsmu mal-Kunsilli Lokali.
Se jintwera wkoll video li permezz tieghu se tinghata pubblicita’ ghall-hidma li twettaq sezzjoni importanti hafna fi hdan id-Dipartiment, jigifieri il-‘Field Services Branch’, li fiha issir hidma utli hafna ta’ gbir ta’ informazzjoni dwar kull lokalita, kif ukoll hija responsabbli mill-ispezzjonijiet li jsiru kull tlett xhur lil kull Kunsill dwar l-operat taghhom.
Ghal din il-Konferenza huma mistiedna il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari, il-Membri tal-Kamra tar-Rapprezentanti, is-Segretarji Permanenti, is-Sindki, il-Kunsilliera u s-Segretarji Amministrattivi tal-Kunsilli Lokali, u l-haddiema tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Il-Konferenza se tibda b’diskors mill-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami, u fost il-kelliema ewlenin se jkun hemm ukoll il-Kelliem Ewlieni tal-Oppozizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, in-Nutar Charles Mangion, il-President tal-Assocazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Avukat Ian Micallef, l-Agent Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Victor Rizzo, u l-President tal-Assocazzjoni tas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali Maltin, is-Sur Noel Toledo.
Il-Konferenza tintemm b’diskors mis-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru Dr. Austin Gatt, u ezattament wara jsir "Press Briefing" minn Dr.Gatt innifsu dwar l-andament tal-Konferenza.
17.11.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN