Jinghata l-Premju Gieh Had-Dingli
Jinghata l-Premju Gieh Had-Dingli
Il-Kunsill Lokali Dingli, flimkien ma’ l-ufficcju tac-Chairman tal-NTOM, u s-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani, tellghu Serata Muziko-Letterarja fl-okkazjoni ta’ l-ghoti ta’ ‘Gieh Had-Dingli’, li ghaliha kien prezenti l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea.
Ghal din is-serata hadu sehem il-kor Haberdashers’ Monmouth School Girls’ Choir minn Wales, taht id-direzzjoni tas-Sinjorina Angela C. Randles, u s-Sur Tony Terribile li qara xi siltiet mill-letteratura dwar Dun Xand Cortis u n-nicec ta’ Had-Dingli. Itellghet ukoll esebizzjoni tal-pittura ta’ l-artist Alfred Chircop.
Fl-gheluq tas-serata, il-Kunsill ipprezenta l-premijiet ta’ ‘Gieh Had Dingli’ lil erba’ minn nies li ddistingwew ruhhom billi taw kontribut siewi lill-kommunita`. Il-persuni nominati kienu:
Rev. Dun Gwann B. Abela
Is-Sinjorina Mary Azzopardi
Is-Sur Joseph Micallef
It-Tabib Paul Portelli.
17.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN