Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' ma' negozjanti ta' ghodod u makkinarju

PR2045
Date Icon 16/11/1998

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' ma' negozjanti ta' ghodod u makkinarju

It-titjib fil-livell ta’ servizz u l-customer care se jkun dak il-fattur li jiddistingwi negozjant minn iehor u hu dak il-fattur li jista’ jsalva lin-negozjant Malti minn wiehed Sqalli. Servizz ahjar jissarraf f’efficjenza fix-xoghol. Dan ghandu jkun il-bazi ta’ ristrutturazzjoni ta’ kull negozju. Dan sostnieh is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo f’laqgha ma’ negozjanti ta’ l-Ghodod u l-Makkinarju li saret fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici.

Edwin Vassallo sostna li ghandu jkun hemm impenn biex in-negozju jilqa’ sfidi godda li ggib maghha il-globalizzazzjoni tan-negozju. Dan jinkludi anke investiment kontinwu f’makkinarju u tahrig lill-impjegati.

F’sitwazzjoni fejn il-Gvern qed jesigi li ghandu jkun hawn opportunitajiet indaqs ghal kull negozju, wiehed ghandu jiddeciedi x’servizz u efficjenza ghandu joffri n-negozju tieghu. Kemm min hu gdid fil-linja tieghu u kemm min hu stabbilit diga’, jehtieg li n-negozju jistrutturizza ruhu biex ikun f’pozizzjoni li jhares ’l quddiem skond kif ikun qed jitlob is-suq.

Dan ghandu jsir bi qbil mas-setturi kollha - ta’ min ihaddem u ta’ min jahdem. Il-Gvern qieghed jiggieled kontra kull min fil-passat ipprova jrawwem kultura li ghamlet minn kollox biex iggelled settur kontra iehor. Ma jistax ikun li f’pajjizna nizviluppaw ekonomija li, fi hdana, setturi differenti huma miggielda ma’ xulxin - haddiema kontra min ihaddem. Dan jixhdu il-konflitt li dahlu fih l-F.O.I. u l-G.W.U. u ohrajn.

Il-Gvern mhux bi hsiebu jhares biss lejn il-livell ta’ negozju fil-pajjiz, izda jimpurtah ukoll mill-individwu fin-negozju, kompla jghid is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo, waqt il-laqgha li kellu ma’ negozjanti ta’ l-Ghodod u l-Makkinarju. ‘Ghalhekkk f’dan il-Ministeru qed tinghata importanza lis-self employed u n-negozji zghar biex naraw in-negozju taghna jiehu l-hajja’, tenna Edwin Vassallo.

16.11.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow