Devoluzzjoni Lokali - lejn iktar poteri lill-Gvernijiet Lokali
Devoluzzjoni Lokali - lejn iktar poteri lill-Gvernijiet Lokali
Waqt diversi laqghat li s-Segretarju Parlamentari fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt kellu dal-ghodu s-Sibt, mal-Kunsilli Lokali Ghawdxin ta’ Ghajnsielem, Xewkija, Sannat, Nadur u Qala, Dr. Gatt tkellem dwar il-politika tal-Gvern favur aktar gharfien tal-Kunsilli Lokali, permezz ta’ dik li qed isejjah ‘Devoluzzjoni Lokali’.
Huwa qal dan waqt li kompla ghaddej bis-sensiela ta’ laqghat ta’ introduzzjoni mal-kunsilli lokali - laqghat li dal-ghodu saru fil-Ministeru ghall-Ghawdex fil-Belt Victoria.
Dr.Gatt qal li hu l-ghan tal-Gvern li din id-devoluzzjoni lokali tibda tkun attwata matul is-sena d-diehla. Huwa spjega li din id-devoluzzjoni tikkonsisti li dik il-proprjeta tal-Gvern li tista b’xi mod jew iehor tkun utilizzata ahjar mill-Kunsill Lokali, ghandha tghaddi f’idejn il-Kunsill sabiex jamministra.
Is-Segretarju Parlamentari zied jghid li ghal dan il-ghan kull kunsill ghandu jibda ezercizzju li fih jidentifika din il-proprjeta, johloq progetti vijabbli u efficjenti finanzjarjament u billi jaghmel ‘costings’ tal-progett kollu. Bhala ezempju, huwa semma mithna antika li qed tigi uzata bhala ‘stores’ mill-Gvern u li l-Kunsill Lokali jrid jirrijabilita u juza bhala attrazzjoni turistika.
Dawn il-progetti imbaghad ghandhom ikunu prezentati lill-Gvern sabiex jkunu evalwati, kull wiehed fuq il-merti tieghu, u fejn ikun meqjus li l-progett ikun vijabbli, il-Gvern jghaddi l-amministrazzjoni ta’ l-art jew post lill-kunsill. Huwa sostna li l-progetti jistghu ikunu ta’ natura socjali, kulturali, turistika jew anke xi progett innovattiv.
"Kull Kunsill huwa fil-liberta li jahseb b’mod kreattiv kif proprjeta li jew mhux qed tintuza jew inkella mhux qed tkun sfruttata kif suppost, ghandu jara kif jutilizza l-potenzjal kollu taghha," zied jghid Dr. Gatt.
Dr.Gatt temm jghid li dan kollu huwa parti mill-politika tal-Gvern sabiex il-Kunsill Lokali jibdew jinghataw aktar rwol determinanti fl-amministrazzjoni tal-lokalita taghhom u jsiru Gvernijiet Lokali.
14.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN