Kummissjonat l-"Outflow" ta' Ras il-Hobz, f'Ghawdex
Kummissjonat l-"Outflow" ta' Ras il-Hobz, f'Ghawdex
L-outflow ta’ Ras il-Hobz, fil-limiti ta’ Ghajnsielem, progett mibdi fl-1995, kien ikkummissjonat ufficjalment illum fil-prezenza tal-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech u l-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono.
Permezz ta’ dan l-outflow, li sewa mat-Lm300,000, kienet rizolta problema kbira ta’ tniggiz tal-bahar mal-kosta ta’ Ras il-Hobz peress li issa l-materjal tad-drenagg beda jintefa’ ferm ’il boghod mill-kosta f’fond ta’ 78 metru, fejn ittiehdet kunsiderazzjoni tal-process naturali li permezz tieghu jinholoq dak maghruf bhala thermocline. B’dan il-mod il-materjal ikun jista’ jinfirex f’certu livell tal-bahar.
Il-progett, finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Bank Ewropew ghall-Investiment, kien jikkonsisti fit-tqeghid ta’ 150 metru tul ta’ katusi fuq l-art u 170 metru tul iehor ta’ katusi fil-bahar.
F’diskors li ghamel, il-Ministru Zammit Dimech fakkar li dan il-progett jaghmel parti mill-master plantad-drenagg ghall-gzejjer Maltin li tfassal minn konsulenti barranin fl-1992 u li kien beda jitwettaq b’rittmu qawwi fl-1994.
Wiehed mill-iskopijiet ta’ dan il-master plan, kompla l-Ministru ghall-Ambjent, m’hux biss dak li tissahhah is-sistema tad-drenagg fuq l-art izda wkoll li jittiehdu inizjattivi biex ikun eliminat ghal kollox it-tniggiz tal-bahar mid-drenagg. Dan, fost l-ohrajn, se jsir bil-bini ta’ impjanti biex ikun ittrattat il-materjal tad-drenagg.
Filwaqt li fakkar ukoll fid-diversi progetti li digà saru bhala parti minn dan il-master plan, inkluz it-tishih tas-sistemi tad-drenagg f’diversi nhawi tal-gzejjer Maltin, il-Ministru Zammit Dimech tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jahdem biex pajjizna jkollu sistema ta’ drenagg li tabilhaqq tixraqlu.
Hu semma li fir-rigward ta’ Ghawdex, id-Dipartiment tad-Drenagg ghadu kemm lesta l-ewwel fazi ta’ environmental impact assessment b’konnessjoni mal-bini ta’ impjant ghat-trattament tad-drenagg f’Ghawdex. L-istudju li sar jevalwa siti alternattivi u mistenni jkun prezentat lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar u lid-Dipartiment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent fil-jiem li gejjin.
Studju simili sar ukoll ghan-naha ta’ fuq ta’ Malta, filwaqt li qed tkun iggudikata sejha ghal offerta dwar servizzi ta’ konsulenza biex ikun jista’ jsir impjant iehor fin-nofsinhar ta’ Malta. Dan peress li hu ippjanat li jinbnew diversi impjanti ahra f’Malta ghat-trattament tad-drenagg biex b’hekk Malta tkun f’pozizzjoni li tikkonforma ruhha mal-Konvenzjoni ta’ Barcelona. Barra minn hekk, kompla l-Ministru ghall-Ambjent, b’dawn l-impjanti tkun tista’ tizdied il-produzzjoni ta’ ilma tat-tieni klassi, li jista’ jintuza kemm ghall-agrikoltura kif ukoll ghall-industrija.
Il-Ministru Zammit Dimech esprima l-apprezzament tieghu ghax-xoghol li jaghmlu u l-hegga li juru l-haddiema tad-Dipartiment tad-Drenagg minkejja l-kundizzjonijiet li kultant ikollhom jahdmu fihom, kif ukoll ghall-impenn taghhom fit-twettiq tal-progetti marbuta mal-master plan.
Filwaqt li irringrazzja wkoll lil kull min kien involut fil-progett ta’ l-outflow ta’ Ras il-Hobz, inkluz il-kuntrattur u l-impjegati tieghu, il-Ministru Zammit Dimech esprima s-soghba tieghu ghall-mewt ta’ Umberto Fusco, wiehed mill-ghaddasa li hadmu fuq il-progett, u li tilef hajtu tragikament ftit hin wara li spicca mill-gurnata tax-xoghol tieghu. Hu qal li ma kellu l-ebda dubbju li l-memorja ta’ dan il-haddiem se tibqa’ marbuta ma’ dan il-progett.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN