Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett jiltaqa' mal-Ministru ta' l-iSport Ingliz

PR2035
Date Icon 13/11/1998

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett jiltaqa' mal-Ministru ta' l-iSport Ingliz

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Jesmond Mugliett, illum iltaqa’ mal-Ministru ta’ l-Isport Ingliz, Tony Banks, flimkien ma’ l-Kummissarju Gholi Ingliz Graham R. Archer.

Waqt laqgha mill-aktar kordjali gew diskussi diversi punti ta’ interess ghaz - zewg nahat, fosthom kif jistghu jkunu ta’ ghajnuna ghal xulxin, bdil ta’ coaches ta’ l-isport,u materjal li ghandu x’jaqsam mal-progetti tal-kumplessi sportivi l-godda, li huwa ppjant li jinbnew skond il-programm elettorali. Tkellmu ukoll dwar l-Iskola Specjalizzata ta’ l-iSport, fejn il-Ministru Banks semma li fl-Ingilterra bdew progetti bhal din f’ghaxar skejjel madwar il-pajjiz. Issemmiet ukoll il-Gimgha Sport Ingilterra-Malta, li ser tigi mnedija f’Mejju ta’ 1999.

Il-Perit Mugliett tkellem fit-tul mal-Ministru Banks fuq kif jigu allokati l-flus ghal progetti li ghandhom x’jaqsmu mal-isport. Tkellmu ukoll dwar kif jizdiedu l-fondi ghall-isport permezz tal-lotteriji.

Il-Ministru Banks wieghed kull ghajnuna li tista’ tinghata, u l-Kummissarju Gholi Ingliz wieghed li ser isegwi t-talbiet u jaghtihom l-attenzjoni tieghu kollha.

13.11.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow