Left arrow Mur Lura

Ittri ta' Patrick Calleja lil Dr. Alfred Sant

PR2026
Date Icon 12/11/1998

Ittri ta' Patrick Calleja lil Dr. Alfred Sant

B’referenza ghall-istqarrija mahruía l-bierah mill-Ufficcju tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni rigward ittri li s-Sur Patrick Calleja kiteb lil Dottor Alfred Sant:

Huwa ta’ sodisfazzjon li wiehed jinnota li b’rizultat ta’ stharrig li ghamel l-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-appell li ghamel il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fir-risposta Parlamentari ta’ nhar it-tnejn li ghadda, Dottor Alfred Sant hass il-bzonn li jghid x’ghamel b’korrispondenza ufficcjali li rcieva meta kien Prim Ministru. L-istharrig beda’ wara li s-Sur Patrick Calleja qal li wassal korrispondenza fl-Ufficcju tal-Prim Ministru. Is-Sur Calleja mkien ma semma li din il-korrispondenza kienet ta’ natura kunfidenzjali jew personali.

Kuntrarjament ghal x’tghid l-istqarrija mahruga l-bierah, mhux minnu li s-Sur Emmanuel Abela, designate Assistent Segretarju Privat tal-Prim Ministru ghamel, jew ha sehem f’xi investigazzjoni biex jigi stabbilit jekk Dottor Sant qattx iltaqa’ mas-Sur Patrick Calleja. Is-Sur Abela, kif intqal diga’ fir-risposta Parlamentari li ta l-Prim Ministru, ha l-passi necessarji sabiex tigi lokalizzata l-korrispondenza ndirizzata lill-Prim Ministru, kif wara kollox kien fid-dover tieghu li jaghmel. Ghal dan il-ghan huwa kellem lis-Sur Vincent Piccinino.

Mhux minnu li waqt din il-laqgha s-Sur Abela staqsa lis-Sur Vincent Piccinino jekk is-Sur Patrick Calleja qattx iltaqa ma’ Dottor Alfred Sant.

Mhux minnu wkoll li s-Sur Abela baghat ghas-Sur Biagio Farrugia qabel kellem lis-Sur Vincent Piccinino. Fil-fatt, is-Sur Abela kellem lis-Sur Biagio Farrugia wara suggeriment li tah s-Sur Vincent Piccinino stess.

Minn dan johrog bic-car li l-asserzjonijiet li hemm fl-istqarrija ta’ l-Ufficcju tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni huma bbazati fuq premessi foloz.

Fl-ahharnett ta' min jghid li huwa fatt kurjuz li, fi stqarrija daqstant twila, l-Ufficcju tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni ma semma xejn dwar it-tielet ittra jigifieri dik tas-17 ta’ Awissu 1997.

12.11.98
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow