Left arrow Go Back

Tkompli l-kampanja favur il-harsien ta' sigar Maltin

PR2025
Date Icon 12/11/1998

Tkompli l-kampanja favur il-harsien ta' sigar Maltin

Il-Ministru ghall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, ikkonferma l-impenn tal-Gvern favur il-harsien tas-sigar Maltin u ghal dan l-iskop se jkompli ghaddej bil-kampanja biex titqajjem kuxjenza favur is-sigar lokali.

Il-Ministru Zammit Dimech, li kien qed jiehu sehem f’attività ta’ thawwil ta’ sigar f’Ghajn Tuffieha organizzata mill-Fondazzjoni GAIA, habbar li bhala parti minn din il-kampanja se jsir seminar dwar l-uzu u l-importanza tas-sigar Maltin fl-24 ta’ Novembru. Is-seminar se jsir mid-Dipartiment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent flimkien ma’ l-ghaqda ambjentali Arbor-SSCN.

Hu semma wkoll li minbarra dan is-seminar hemm inizjattivi ohra ippjanati biex tkompli titkabbar kuxjenza favur sigar Maltin, fosthom il-hrug ta’ poster u leaflet ikkulurit bi stampi u taghrif dwar diversi sigar Maltin.

Il-Ministru ghall-Ambjent fahhar ir-rwol tal-volontarjat fil-harsien ta’ l-ambjent u stqarr li l-Gvern lest ikompli jghin lil dawk l-ghaqdiet, bhal ma qed jaghmel fir-rigward tal-Fondazzjoni GAIA, li hadet l-inizjattiva li twettaq progett-pilota ntiz biex thares l-ambjent naturali fil-bajja ta’ Ghajn Tuffieha. Din il-Fondazzjoni qed tinghata ghajnuna finanzjarja kull sena fl-ammont ta’ Lm10,000 biex, mhux biss tamministra art tal-Gvern f’Ghajn Tuffieha izda wkoll biex taghmel supervizjoni tas-sit u attivitajiet edukattivi konnessi ma’ dan il-progett.

Francis Zammit Dimech sejjah l-attività tat-thawwil ta’ sigar bhala wahda posittiva hafna, mhux biss ghaliex is-sigar isebbhu l-post, izda wkoll ghaliex is-sigar huma parti integrali mill-ekosistema ta’ Ghajn Tuffieha u huma mehtiega biex ikun konsolidat it-tafal, li minghajrhom jitkaxkar ’l isfel max-xita.

Fl-ahharnett, il-Ministru Zammit Dimech tenna l-htiega li jizdied l-apprezzament ghas-sigar u l-gharfien ta’ dawk is-sigar indigeni li tradizzjonalment jikbru fil-gzejjer Maltin.

12.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow