Left arrow Mur Lura

Hatriet godda fil-Qrati tal-Gustizzja

PR2018
Date Icon 11/11/1998

Hatriet godda fil-Qrati tal-Gustizzja

Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, sostna li ghalkemm il-problemi fil-Qrati tal-Gustizzja ilhom snin twal, il-Gvern qed jahdem sabiex il-Qrati ma jibqghux jitqiesu biss bhala post fejn qed tkun amministrata l-gustizzja, izda wkoll bhala entità pubblika li qed taghti servizz - servizz li jrid jinghata b’mod ahjar u aktar efficjenti. Huwa qal dan waqt cerimonja li matulha nghataw il-hatra zewg Assistenti Gudizzjarji godda u sitt Deputati Registraturi fil-Qrati tal-Gustizzja.

Dr. Gatt tenna li d-deputati registraturi huma importanti hafna minhabba li dawn jwettqu l-hidma amministrattiva ma’ kull Imhallef. Huwa qal li dawn il-hatriet juru l-impenn li bih il-Gvern qed jipprova jtejjeb dejjem aktar l-efficjenza li biha qed tkun amministrata l-gustizzja. "Irridu nahdmu sabiex ghal quddiem nipprevedu l-postijiet vakanti li jistghu jinqalghu, billi nharrgu nies minn qabel sabiex ikollna minn fejn naghzlu ghal kull vakanza li tinholoq," kompla Dr. Gatt.

Dwar l-Assistenti Gudizzjarji, is-Segretarju Parlamentari zied jghid li l-introduzzjoni taghhom fl-1995 kienet wahda pozittiva u li halliet effett pozittiv hafna fuq il-hidma gudizzjarja fil-pajjiz. Dwar il-gustizzja in generali, Dr. Gatt qal li ta’ min ifahhar il-fatt li l-Gudikatura Maltija qatt ma kienet kkritikata jew akkuzata b’korruzzjoni u li dan juri li din hija wahda nadifa u ta’ min jorbot fuqha. Dan iffisser, zied Dr. Gatt, li hemm bazi sabiex il-poplu jkompli jzid il-fiducja tieghu lejn il-Qrati, filwaqt li billi nkomplu nsahhu l-istaff tal-Qrati, nfiehmu lil dawk kollha li jaghtu servizz fil-Qrati li qeghdin jaghtu servizz lill-poplu Malti -- servizz bzonnjuz li jrid jinghata bl-aktar efficjenza possibbli. Huwa temm id-diskors qasir tieghu billi awgura lil dawk prezenti sabiex jkomplu jwettqu din il-hidma pozittiva lejn il-poplu Malti.

Iz-zewg Assistenti Gudizzjarji godda huma Dr. Maria Dolores Gauci u Dr Kenneth Gulia, filwaqt li d-Deputati Registraturi godda fil-Qrati tal-Gustizzja huma is-Sinjorini Carmen Aquilina u Alexandra Farrugia, u s-sinjuri Frank Borg, Albert P. Calleja, Emanuel Grech u Emanuel Sciriha.

11.11.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow