Imnedija l-Gimgha Xjenza u Teknologija 1998
Imnedija l-Gimgha Xjenza u Teknologija 1998
Illum tnediet it-3 Edizzjoni tal-‘Gimgha Xjenza u Teknologija’. Bejn it-23 u s-27 ta' Novembru, 135 azjenda ser jaghtu lill-istudenti l-opportunità li jaraw b'ghajnejhom l-applikazzjoni tax-Xjenza fl-industrija lokali,u l-karrieri li jezistu ghal dawk li jaqbdu l-linja tat-Teknologija.
Dan thabbar mill-Onorevoli Jesmond Mugliett, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni waqt Konferenza Stampa li saret dalghodu.
Huwa sahaq dwar l-importanza tax-Xjenza u t-Teknologija ghall-izvilupp tal-ekonomija tal-pajjiz, u l-importanza li qed jaghti l-Gvern lil dawn is-setturi. L-Onorevoli Mugliett irringrazzja lill-industriji li qed jaghtu sehemhom f'dan l-isforz billi jippartecipaw f'dan il-progett. Huwa semma’ l-koperazzjoni li tezisti mal-mezzi tax-xandir biex il-messagg jasal.
Is-Segretarju Parlamentari emfasizza li jezisti konsensus dwar it-taghlim
tax-Xjenza u t-Teknologija u li dan jitpogga fuq bazi soda. Ghal dan il-ghan il-Gvern ser jaghti prijorità lit-twaqqif ta’ l-Istitut tax-Xjenza u t-Teknologija Applikata. It-twaqqif ta' dan l-Istitut ghandu jipprovdi l-qabza ta' kwalita' mehtiega fit-taghlim u t-tahrig tax-Xjenza u t-Teknologija.
Il-Konferenza kienet indirizzata ukoll mis-Sur Giovanni Buttigieg, Kordinatur tal-attività fil-Kunsill Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija. Huwa semma r-rispons tajjeb mill-iskejjel ghal din l-inizjattiva b'zewg terzi ta’ l-iskejjel sekondarji jiehdu sehem fl-ahhar edizzjoni. Bhala rizultat ta' dan, numru konsiderevoli ta' industrji baqghu jircievu l-istudenti matul is-sena u ser jergghu jiehdu sehem fil-‘Gimgha Xjenza u Teknologija’ ta' din is-sena.
Is-Sur Buttigieg iddeskriva l-‘Gimgha Xjenza u Teknologija’ bhala esperiment f'laboratorju kbir, li ghadha qed tinstab l-ahjar format ghaliha. Din is-sena l-attivitajiet ghall-pubbliku gew koncentrati f'Gunju, u din ta' Novembru hija mahsuba aktar ghall-istudenti.
10.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN