Stqarrija mill-Ministru ghall-Ambjent dwar kumpens li l-Amministrazzjoni precedenti riedet taghti lil Mintoff
PR2008
09/11/1998
Stqarrija mill-Ministru ghall-Ambjent dwar kumpens li l-Amministrazzjoni precedenti riedet taghti lil Mintoff
Il-Ministru ghall-Ambjent, Dr Francis Zammit Dimech jirriferi ghall-istqarrija li rega’ hareg illum l-Avukat Gavin Gulia, f’isem il-Partit Laburista, dwar il-kumpens li l-Gvern Laburista ried li jaghti lill-ex Deputat Laburista l-Perit Dom Mintoff, u jiddikjara dan li gej:
- Il-lum qed jidher aktar car li la darba l-Oppozizzjoni Laburista qed tipprova b’kull mod issib kwalunkwe skuza biex titbieghed mill-kumpens li riedet tghaddi, meta kienet fil-Gvern, lill-Perit Dom Mintoff. Dan ikompli jenfasizza li dak li l-Gvern ta’ Dr Alfred Sant kien offra lil Perit Mintoff kellu l-ghan li jservi ta’ karrotta ghall-Perit Mintoff bil-ghan li dan ibiddel l-atteggjament tieghu lejn il-Gvern ta’ dak iz-zmien.
- Id-dokumenti kollha li ippubblika l-Gvern juru b’mod assolut li l-kumpens li l-Gvern Laburista kien innegozja mal-Perit Mintoff kien se jammonta ghal Lm363,000 .
- Mhux hekk biss. Anzi, fl-abbozz ta’ ftehim li kien hejja l-Gvern Laburista mmexxi minn Dr Alfred Sant intqal li jekk ma jsirx it-trasferiment tal-proprjetà fil-Fawwara "il-Gvern jintrabat li jhallas kumpens… li ma jkunx anqas minn Lm300,000". Dan apparti d-danni ta’ Lm128,000 u danni ohra bhala spejjez li accetta l-Gvern ta’ Dr Sant. Anki Dr Alfred Sant kien qabel li l-Perit Mintoff ghandu jinghata dan il-kumpens.
- M’hux minnu li l-Gvern prezenti qed jipprova jaghti lill-Perit Mintoff xi kumpens aktar minn dak imwieghed mill-Gvern Laburista. Il-Gvern prezenti hu biss fid-dmir li jkompli jikxef l-ingann tal-Gvern precedenti anki f’din il-materja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN