Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha dwar caqlieq ta' staff fl-Isptarijiet
Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha dwar caqlieq ta' staff fl-Isptarijiet
B’riferenza ghall-istqarrija ta’ l-ex Ministru tas-Sahha dwar transfers li saru fid-Dipartiment tas-Sahha wiehed ma jistax ma jinnotax il-misinformazzjoni f’din l-istqarrija. Irid jinghad li l-haddiema msemmija li ntbaghtu jaghmlu xoghol relatat mal-professjoni taghhom.
Ic-caqlieq li ssemma kien minhabba li nstab li kien hemm infermiera u haddiema ohra li ma kinux qed jaghmlu xoghol li ghandu x’jaqsam mall-professjoni taghhom. L-ex Ministru messu jaf ahjar li ftit jiem qabel l-elezzjoni kien hemm infermiera li l-Ministeru tieghu baghathom jahdmu f’postijiet fejn ma jirrikjedix li jkun hemm infermiera. Dan sar minkejja li hu maghruf li d-Dipartiment ghandu nuqqas kbir ta’ infermiera.
Anke l-persuna li l-ex Ministru rrefera ghaliha bhala membru ta’ l-ezekuttiv Laburista ntbaghtet taghmel ix-xoghol proprju taghha.
Din l-Amministrazzjoni ma ghamlitx bhal ta’ qabilha li kienet appuntat Human Resources Manager li jidher li l-rwol tieghu kien li jaghti transfers bl-addocc. Din issa hi l-istess persuna li ghandha kaz pendenti quddiem il-Qorti relatat mal-kaz tal-Paramedic Aides.
09.10.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN