Left arrow Go Back

Diskussa l-possibilita' li Malta tibbenefika minn programmi ta' tahrig iffinanzjat mill-Gvern Amerikan

PR2003
Date Icon 09/11/1998

Diskussa l-possibilita' li Malta tibbenefika minn programmi ta' tahrig iffinanzjat mill-Gvern Amerikan

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern, l-Onor. George Pullicino, iltaqa’ ma’ Brian J. Sexton, Direttur ta’ l-Office of Citizen Exchanges, ta’ l-Istati Uniti u ma’ l-Ambaxxatrici Amerikana l-E.T. Katheryn Proffitt.

Matul din il-laqgha giet diskussa l-possibilità li Malta tibbenefika minn programmi ta’ tahrig iffinanzjati mill-Gvern Amerikan. Permezz ta’ dawn il-programmi, istituzzjonijiet Maltin ikunu jistghu jibghatu ufficjali taghhom ghal skambju ta’ tahrig f’istituzzjonijiet Amerikani li jahdmu fl-istess oqsma.

Taht dawn l-iskemi, cittadini Amerikani jkunu jistghu ukoll jigu Malta biex jaqsmu l-esperjenzi taghhom ma’ persuni involuti f’oqsma simili u b’hekk tkun tista’ tinholoq koperazzjoni fit-tul bejn iz-zewg pajjizi.

Fil-laqgha gew diskussi dawk l-oqsma li l-Ministeru ta’ l-Intern iqis li huma ta’ prijorità u li fihom l-Istati Uniti tista’ tipprovdi l-ghajnuna mehtiega. Fost dawn l-oqsma ssemmew il-glieda kontra t-traffikar tad-droga, skemi ta’ kumpens ghal vittmi ta’ kriminalità, kif ukoll l-ippjanar urban.

Ghal-laqgha attenda ukoll is-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Intern.

09.10.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow