Twaqqif mill-gdid ta' Local Councils' Desk Officers f'Dipartimenti tal-Gvern
Twaqqif mill-gdid ta' Local Councils' Desk Officers f'Dipartimenti tal-Gvern
Waqt diversi laqghat li s-Segretarju Parlamentari fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, kellu dal-ghodu s-Sibt mal-Kunsilli Lokali tal-Gharb, Ghasri, San Lawrenz u Zebbug, thabbar li l-Gvern ser iwaqqaf mill-gdid il-Local Councils’ Desk Officers f’Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet parastatali, wara li dawn kienu ghebu tul dawn l-ahhar sentejn. Huwa qal dan waqt li kompla ghaddej bis-sensiela ta’ laqghat ta’ introduzzjoni mal-Kunsilli Lokali, li issa lahqet ritmu sodisfacenti. Il-laqghat ta’ dal-ghodu mal-Kunsilli Lokali Ghawdxin saru fil-Ministeru ghal Ghawdex fil-Belt Victoria.
Dr.Gatt qal li hu kien sorpriz li dak li kien wettaq Gvern Nazzjonalista precedenti rigward dawn id-Desk Officers, illum - sentejn wara - spicca kollu. Huwa sostna li l-Gvern fi hsiebu jerga’ jpoggi lill-Kunsilli Lokali ’il fuq fil-lista tal-prijoritajiet fit-twettiq tal-politika tieghu.
Is-Segretarju Parlamentari sahaq ukoll li bit-twaqqif mill-gdid ta’ dawn id-Desk Officers irid jibghat messagg lil kull dipartiment jew entità governattiva li l-Kunsilli Lokali qeghdin hemm biex jibqghu, u sabiex jinghataw l-importanza li jixirqilhom fil-process kollu tat-tehid tad-decizjonijiet.
Dr.Gatt temm ighid li dan kollu huwa parti mill-pjan tal-Gvern li titwettaq politika effettiva li thalli l-frott mixtieq mill-Kunsilli Lokali sabiex ikunu kapaci jesegwixxu l-hidma taghhom bla tfixkil.
07.11.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN