Stqarrija kongunta bejn id-Dipartiment tas-Sahha u l-MUMN
Stqarrija kongunta bejn id-Dipartiment tas-Sahha u l-MUMN
Wara laqgha li ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha kellhom mal-Malta Union of Midwives and Nurses rigward iz-zieda fil-prezzijiet tal-kotba relatati mal-Conversion Course ta’ l-Enrolled Nurses, id-Dipartiment informa lill-Union li se jikkonsidra t-talbiet taghhom u assigura lill-Union li sa nhar it-Tlieta, 10 ta’ Novembru 1998, se jerga’ jiltaqa’ mal-Union sabiex jissottometti l-proposti tad-Dipartiment bil-ghan li tigi mrazzna z-zieda fil-prezzijiet tal-kotba.
F’ dawn ic-cirkustanzi l-MUMN qed tissospendi d-direttivi mahruga nhar l-Erbgha, 4 ta’ Novembru 1998, bil-ghan li fil-laqgha ta’ nhar it-Tlieta, 10 ta’ Novembru 1998 jintlahaq ftehim.
Din l-istqarrija kienet iffirmata minn Dr. John Cachia, Agent Tabib Ewlieni tal-Gvern u mis-Sur Colin Galea, Segretarju Generali ta’ l-MUMN.
06.11.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN